This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0593
Case C-593/20 SA: Application for authorisation to serve a garnishee order brought on 11 November 2020 — Silvana Moro and Others v European Commission
Kawża C-593/20 SA: Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fil-11 ta Novembru 2020 – Silvana Moro et vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-593/20 SA: Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fil-11 ta Novembru 2020 – Silvana Moro et vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 28, 25.1.2021, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/28 |
Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fil-11 ta Novembru 2020 – Silvana Moro et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-593/20 SA)
(2021/C 28/45)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Silvana Moro, Isabella Venturini, Stefania Venturini, Mario Matta, Marzio Francesco Matta, Massimo Matta, Paola Cotozzoni (rappreżentant: S. Colledan, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talba
|
— |
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sens u għall-effetti tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 7, dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 202, p. 266), li jiġu awtorizzati jipproċedu b’mandat ta’ qbid fir-rigward tal-fondi allokati u li ser jiġu allokati mill-Kummissjoni Ewropea favur ir-Repubblika tas-Serbja, sakemm jiġi ssodisfatt b’mod sħiħ id-dritt ta’ kreditu tagħhom. |