Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DP0161

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti (C(2019)00791 – 2019/2549(DEA))

    ĠU C 23, 21.1.2021, p. 262–262 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 23/262


    P8_TA(2019)0161

    Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ entitajiet eżentati

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti (C(2019)00791 – 2019/2549(DEA))

    (2021/C 23/50)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00791),

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 21 ta' Frar 2019,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(6) u 82(6) tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.

    billi l-att delegat jinkludi emendi importanti biex jiżgura li l-bank ċentrali tar-Renju Unit u l-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'din il-ġestjoni se jkunu eżentati mir-rekwiżiti ta' kklerjar u ta' rapportar u mir-rekwiżit li jiġu applikati tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal tranżazzjonijiet mhux ikklerjati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

    B.

    billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

    1.

    Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    (1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.


    Top