This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020IE1401
Opinion of the European Economic and Social Committee ‘The industrial dimension of the Security Union’ (own-initiative opinion)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-dimensjoni industrijali tal-Unjoni tas-Sigurtà” — (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-dimensjoni industrijali tal-Unjoni tas-Sigurtà” — (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
EESC 2020/01401
ĠU C 364, 28.10.2020, p. 43–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/43 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-dimensjoni industrijali tal-Unjoni tas-Sigurtà”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2020/C 364/06)
Relatur: |
José Custódio LEIRIÃO |
Korelatur: |
Jan PIE |
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.2.2020 |
Bażi legali |
Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) |
Adottat fis-CCMI |
26.6.2020 |
Data tal-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
16.7.2020 |
Sessjoni plenarja Nru |
553 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
209/3/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Aħna nilqgħu d-determinazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida li ssaħħaħ is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni u nenfasizzaw l-importanza tas-settur tas-sigurtà f'dan ir-rigward. Mingħajr teknoloġija m'hemmx sigurtà u l-Ewropa għandha tħaddem b'ħila t-teknoloġiji li huma kruċjali għas-sigurtà tagħha. |
1.2. |
Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, aħna nistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tniedi strateġija li ssaħħaħ il-kapaċitajiet industrijali u teknoloġiċi tal-Ewropa fil-qasam tas-sigurtà. Din hija meħtieġa ħafna b’mod partikolari f’oqsma sensittivi fejn id-dipendenza fuq fornituri mhux Ewropej tista’ ssir riskju ta’ sigurtà fiha nnifisha. L-istrateġija għandha tappoġġja l-għanijiet tal-Istrateġija l-ġdida ta’ Sigurtà Interna u tikkomplementaha b’dimensjoni industrijali. Għandha tgħin jintlaħqu l-ħtiġijiet attwali u futuri ta’ kapaċità tal-utenti finali Ewropej u għandha tindirizza l-isfidi ewlenin li s-settur jiffaċċja fl-Ewropa: il-frammentazzjoni tas-suq, in-nuqqas ta' kapaċità u ta' ppjanar tat-teknoloġija fit-tul, u l-inkoerenza tal-politiki u tal-istrumenti ta' finanzjament tal-UE. |
1.3. |
L-istrateġija industrijali tas-sigurtà għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
L-istrateġija għandha tiġi żviluppata bħala parti mill-Unjoni tas-Sigurtà u tagħmel il-politiki tal-UE relatati mas-sigurtà aktar effettivi. Għandha ssegwi approċċ olistiku u tinkludi l-objettivi li ġejjin: |
— |
valutazzjoni tal-vulnerabilitajiet u d-dipendenza kritika tal-Ewropa minn sigurtà mhux militari; |
— |
l-iskrinjar ta' teknoloġiji emerġenti għal implikazzjonijiet ta' sigurtà potenzjali; |
— |
id-definizzjoni ta' teknoloġiji “essenzjali” kritiċi li għalihom l-Ewropa ma għandhiex tiddependi fuq il-fornituri ta' pajjiżi terzi, għal raġunijiet ta' sigurtà; |
— |
l-identifikazzjoni ta’ katini ta’ valur strateġiċi fis-settur tas-sigurtà; |
— |
l-użu tal-aġenziji tal-UE bħala xprunaturi għall-ippjanar tal-kapaċitajiet u l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti nazzjonali; |
— |
l-użu ta' strumenti tal-UE relatati mas-sigurtà (ISF, IBMF, Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropa, RescEU) għal investiment immirat f’teknoloġiji u applikazzjonijiet ta’ sigurtà kritiċi; |
— |
l-użu ta' strumenti oħra tal-UE (Fondi Strutturali, InvestEU, eċċ.) għal investimenti rilevanti għas-sigurtà (infrastruttura), idealment permezz tal-ħolqien ta' Faċilità ta' Sigurtà Ewropea (simili għas-CEF); |
— |
l-użu tal-akkwist Ewropew u l-koordinazzjoni tal-akkwist nazzjonali biex tiġi appoġġjata l-bażi industrijali rilevanti; |
— |
l-użu ta' strumenti ta' finanzjament orjentati lejn il-kapaċità (bħall-ISF u l-IBMF) sabiex titrawwem l-adozzjoni tas-suq tar-riċerka dwar is-sigurtà tal-UE lil hinn minn Orizzont Ewropa; |
— |
l-identifikazzjoni ta' inizjattivi leġislattivi ġodda possibbli, bħal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika jew strument possibbli dwar is-sigurtà urbana; |
— |
il-koordinazzjoni ta' programmi rilevanti tal-UE (difiża, sigurtà, spazju, ċibernetika). |
Introduzzjoni
1.4. |
L-ambjent ta' sigurtà tal-Ewropa huwa kumpless ħafna. It-theddid għas-sigurtà tal-lum il-ġurnata ta' spiss ikollhom ħafna aspetti, ikunu transnazzjonali, jevolvu malajr u diffiċli jkunu mbassra. Dawn jistgħu jolqtu varjetà wiesgħa ta’ miri fl-Unjoni (eż. avvenimenti tal-massa, trasport, infrastrutturi kritiċi, istituzzjonijiet) u jiġu minn varjetà daqstant wiesgħa ta’ atturi ta’ theddid (eż. awturi individwali ta’ reati, organizzazzjonijiet kriminali, gruppi terroristiċi, stati nazzjonali) li jista’ jkollhom motivazzjonijiet differenti ħafna (bħall-ġeopolitika, l-estremiżmu reliġjuż jew politiku, l-interessi ekonomiċi jew finanzjarji, jew diżordni mentali) u jużaw kull tip ta’ mezz biex iwettqu l-intenzjoni malizzjuża tagħhom (bħal armi tan-nar, tagħmir splużiv improvizzat, materjal kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari, attakki ċibernetiċi jew diżinformazzjoni). |
1.5. |
Minbarra t-theddid għas-sigurtà magħmul mill-bniedem, hemm diżastri naturali bħalma huma l-għargħar, in-nixfiet, il-maltempati jew il-pandemiji, li huma ta’ riskju dejjem jikber minħabba t-tibdil fil-klima, it-tniġġis ambjentali u l-isfruttament żejjed tar-riżorsi naturali. Id-diżastri naturali normalment huma saħansitra aktar devastanti minn diżastri kkawżati mill-bniedem u jheddu s-sigurtà direttament u indirettament. |
1.6. |
It-theddid għas-sigurtà jvarja, u b’hekk anke l-forzi tas-sigurtà u l-ħtiġijiet tal-kapaċitajiet tagħhom. Fl-istess ħin, il-forzi tas-sigurtà ta’ spiss jikkooperaw, pereżempju bħala dawk li jagħtu l-ewwel rispons matul diżastru, u jeħtieġu tagħmir interoperabbli li jilqa’ l-isfida tat-theddid li jiffaċċjaw. |
1.7. |
Minkejja d-diversità tagħhom, it-theddid għas-sigurtà tal-lum għandu ħaġa waħda komuni: ma jistgħux jiġu indirizzati mingħajr l-appoġġ tekniku. It-teknoloġija nnifisha ma tistax tipprovdi sigurtà, iżda fis-soċjetajiet kumplessi u konnessi tagħna, hija faċilitatur indispensabbli fl-oqsma kollha tas-sigurtà u fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tas-sigurtà (prevenzjoni, tħejjija, azzjoni u rkupru). L-evoluzzjoni u l-proliferazzjoni rapidi ta’ teknoloġiji diġitali ġodda, bħall-intelliġenza artifiċjali, il-computing kwantistiku u l-blockchain, se jsaħħu aktar l-importanza tat-teknoloġija għas-sigurtà, peress li dawn mhux biss joħolqu opportunitajiet ġodda, iżda wkoll jimmultiplikaw kemm il-vulnerabbiltajiet kif ukoll il-kapaċitajiet li ssir il-ħsara. |
1.8. |
Mingħajr l-għarfien espert ta’ industrija tas-sigurtà speċjalizzata, huwa impossibbli li jiġu żviluppati teknoloġiji avvanzati meħtieġa biex jiġi indirizzat t-theddid attwali u futur għas-sigurtà. L-industrija tas-sigurtà hija msieħba vitali, b’mod partikolari għal sistemi kumplessi ta’ sigurtà u l-protezzjoni minn theddid sofistikat. |
1.9. |
Il-bażi tas-sigurtà industrijali u teknoloġika fl-Ewropa hija varjata daqs il-ħtiġijiet tas-sigurtà tas-soċjetajiet u l-ekonomiji moderni. Din tinkludi kumpaniji ta’ kull daqs mill-Unjoni kollha b’portafolli u speċjalizzazzjonijiet differenti. Ħafna minnhom għandhom ukoll attivitajiet fil-qasam tad-difiża jew l-ajruspazjali jew attivitajiet kummerċjali fis-settur tal-IT jew huma sussidjarji ta’ gruppi akbar li jappartjenu għal dawn is-setturi. Kollha kemm huma jiżviluppaw u jipproduċu sistemi ta’ teknoloġija avvanzata u jipprovdu servizzi li huma meħtieġa biex jipproteġu s-soċjetajiet, il-kumpaniji, l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini tagħna kontra kull tip ta’ theddid u diżastri għas-sigurtà. L-iktar studju komprensiv reċenti jistma li l-industrija tas-sigurtà fl-UE tiġġenera fatturat ta’ kważi EUR 200 biljun u toħloq impjieg għal 4,7 miljun ruħ (1). |
2. Kummenti ġenerali
2.1. |
L-Unjoni għandha interess ekonomiku, iżda wkoll interess strateġiku fit-trawwim ta’ bażi industrijali Ewropea vivaċi ta’ sigurtà. Aktar ma żona ta’ sigurtà tkun kritika, aktar ikun hemm dipendenza fuq fornituri minn pajjiżi terzi li tista’ ssir hija stess riskju ta’ sigurtà. Huwa kruċjali li jintużaw teknoloġiji, servizzi u tagħmir żviluppati minn sorsi affidabbli, b’mod partikolari meta l-infrastrutturi kritiċi u l-istituzzjonijiet tal-istat jeħtieġ li jkunu protetti kontra theddid minn atturi statali jew appoġġjati mill-istat. |
2.2. |
L-andament tal-pandemija COVID-19 u l-konsegwenzi diretti u indiretti tagħha wrew ukoll il-ħtieġa għal industrija b’saħħitha ta’ sigurtà bbażata fl-Ewropa. Ir-rikors enormi għal għodod diġitali, pereżempju, wassal għal żieda drammatika f’attakki ċibernetiċi kemm minn atturi mhux statali kif ukoll minn atturi statali kontra kumpaniji u operaturi ta’ servizzi essenzjali. It-titjib tar-reżiljenza ċibernetika u ċ-ċibersigurtà fil-proċessi kollha bbażati fuq id-diġitalizzazzjoni ta’ kumpaniji u istituzzjonijiet jenħtieġ għalhekk ikun lezzjoni ewlenija li għandha tinsilet mill-pandemija. Minn mindu faqqa’ l-virus, għal darb’oħra rajna kampanji ta’ diżinformazzjoni, li spiss jiġu sponsorjati minn gvernijiet barranin u ma jistgħux jiġu miġġielda b’mod effettiv mingħajr l-użu ta’ għodod teknoloġiċi sofistikati. Il-COVID-19 żvela wkoll nuqqasijiet kbar fil-kapaċitajiet tal-UE fil-maniġġar ta’ kriżijiet, bħan-nuqqas ta’ ġabra komuni ta’ tagħmir kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari. Fil-qosor, huma meħtieġa diversi miżuri biex l-Ewropa ssir aktar reżiljenti għal diżastri fuq skala kbira. Minħabba s-sensittività ta’ ħafna minn dawn il-miżuri, huwa essenzjali li dawn jiġu implimentati bl-appoġġ ta’ fornituri li huma affidabbli u li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fi żminijiet ta’ kriżi. |
2.3. |
Għalhekk, l-Unjoni għandha interess strateġiku li fl-Ewropa ssostni l-kapaċitajiet industrijali li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' awtonomija u ta' sovranità teknoloġika f'oqsma kritiċi ta’ sigurtà. Fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet attwali tas-suq sfortunatament jagħmluha diffiċli biex jiġi ssodisfat dan l-interess strateġiku. Għall-kuntrarju, il-karatteristiċi speċifiċi tas-suq tas-sigurtà fl-Ewropa ta' spiss jagħmluha diffiċli għall-kumpaniji biex jibnu mudelli ekonomiċi vijabbli għat-teknoloġiji kkonċernati. |
2.4. |
Mil-lat kummerċjali, hemm biss domanda limitata għall-prodotti tas-sigurtà tal-ogħla livell li jiswew ħafna flus. Peress li l-operaturi privati tas-suq ifittxu kontinwament tnaqqis fl-ispejjeż, dawn normalment jillimitaw l-investimenti fis-sigurtà għal dak li huwa strettament meħtieġ u jagħtu preferenza lill-orħos prodott disponibbli fis-suq (ta' spiss minn fornituri ta' pajjiżi terzi). |
2.5. |
Mil-lat tad-domanda pubblika tas-suq tas-sigurtà, hemm varjetà wiesgħa ta' xerrejja u utenti finali, ħafna minnhom b'baġits ta' akkwist limitati u ordnijiet żgħar, u li huma legalment marbuta biex jixtru bl-orħos prezz. Barra minn hekk, il-maġġoranza vasta tal-klijenti tas-sigurtà pubblika ma għandhom l-ebda ppjanar tal-iżvilupp tal-kapaċità. Huma jixtru l-prodotti disponibbli fis-suq biex jissodisfaw il-ħtiġijiet immedjati tagħhom, mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni fit-tul dwar kif it-theddid u t-teknoloġiji jistgħu jevolvu fil-futur, wisq inqas kwalunkwe investiment biex iħejju għal dan. |
2.6. |
Minħabba l-ispeċifiċitajiet taż-żewġ naħat tad-domanda għas-sigurtà, hemm biss suq żgħir għal teknoloġiji u applikazzjonijiet kritiċi. Soluzzjonijiet kumplessi ta' sigurtà ta' spiss ikunu magħmula apposta għal klijent wieħed jew għal ftit klijenti, li jillimita l-volumi ta' produzzjoni u l-ekonomiji ta' skala għal minimu. Fl-aħjar xenarju, it-teknoloġiji użati għal tali sistemi jistgħu jintużaw għal applikazzjonijiet oħra inqas sensittivi għal suq tal-klijenti kummerċjali aktar wiesa'. Għalhekk, il-kundizzjonijiet attwali tas-suq jagħmluha impossibbli li fl-UE tiġi sostnuta bażi teknoloġika u industrijali li tista' tiżviluppa l-kapaċitajiet ta' sigurtà li l-Ewropa teħtieġ biex tipproteġi l-fruntieri esterni, it-territorju u ċ-ċittadini tagħha. Dan idgħajjef il-kredibbiltà tal-Unjoni tas-Sigurtà u jitlob azzjoni tal-UE msaħħa. |
Is-sitwazzjoni attwali tal-politiki ta' sigurtà tal-UE
2.7. |
Minn mindu tnediet l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà f’April 2015, l-UE stinkat għal Unjoni tas-Sigurtà ġenwina li tipprovdi l-għodod, l-infrastruttura u l-ambjent li fihom l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE jaħdmu flimkien b’mod effettiv biex jindirizzaw sfidi komuni, filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini (2). L-għadd biss ta' inizjattivi f'dan il-kuntest juri li bla dubju s-sigurtà saret waħda mill-prijoritajiet ta' politika ewlenin tal-Unjoni:
Dawn l-inizjattivi huma supplimentari għall-programmi u l-istrumenti ta' finanzjament diġà stabbiliti, bħall-Fond għas-Sigurtà Interna. |
2.8. |
Il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss inkludiet żieda konsiderevoli tal-linji baġitarji rilevanti ewlenin (eż. EUR 35,3 biljun għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, EUR 4 biljun għas-sigurtà interna, EUR 15,6 biljun għar-reżiljenza u r-rispons għall-kriżi) meta mqabbla mal-QFP preċedenti (11). L-Unjoni se tiffinanzja wkoll programm ieħor ta' riċerka dwar is-sigurtà taħt Orizzont Ewropa, li diġà ta kontribut importanti għat-tfassil u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' sigurtà futuri taħt Orizzont 2020. |
2.9. |
Fir-rigward tat-teknoloġiji diġitali, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi wkoll li żżid l-infiq b’mod sinifikanti (eż. Orizzont Ewropa jew il-Programm Ewropa Diġitali) biex issaħħaħ is-sovranità teknoloġika tal-Ewropa f’oqsma ta’ importanza strateġika. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll l-intenzjoni tagħha li trawwem sinerġiji bejn is-setturi tal-ispazju, tad-difiża u tas-sigurtà. |
2.10. |
Is-sovranità teknoloġika hija wkoll terminu ewlieni fl-“Istrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa”, fejn il-Kummissjoni tenfasizza li “it-trasformazzjoni diġitali, is-sigurtà u s-sovranità teknoloġika futura [tal-Ewropa] jiddependu fuq l-infrastrutturi diġitali strateġiċi tagħna” u tħabbar li se “tappoġġa l-iżvilupp ta' teknoloġiji abilitanti essenzjali li huma strateġikament importanti għall-futur industrijali tal-Ewropa” (12). |
Kummenti speċifiċi
2.11. |
Il-kompetenza tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tibqa' limitata u ta' spiss ma tinvolvi xejn aktar ħlief rwol ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Għalhekk, il-politiki ta' sigurtà jibqgħu frammentati u ta' spiss ineffettivi. L-istess jgħodd għal setturi oħra rilevanti għas-sigurtà bħas-saħħa pubblika. |
2.12. |
Is-sigurtà fl-UE hija prijorità politika mingħajr dimensjoni industrijali. Jeżisti għadd impressjonanti ta' politiki u ta' strumenti ta' finanzjament relatati mas-sigurtà b'baġits konsiderevoli. Madankollu, la hemm koordinazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kapaċitajiet, u lanqas politika koerenti li tappoġġja l-bażi industrijali u teknoloġika rilevanti. Kunċetti bħall-kompetittività industrijali, l-awtonomija strateġika, l-ippjanar tal-kapaċità u t-teknoloġiji kritiċi ma kienux inklużi fid-dibattitu dwar l-Unjoni tas-Sigurtà u qatt ma tqiesu bħala objettivi ta' programmi ta' finanzjament relatati mas-sigurtà. |
2.13. |
Il-Pjan ta' Azzjoni għal Industrija tas-Sigurtà innovattiva u kompetittiva tal-Kummissjoni tal-2012 ma kellux ambizzjoni, kien limitat fil-kamp ta' applikazzjoni u għalhekk baqa' mingħajr impatt notevoli. |
2.14. |
Il-programm tal-UE ta' riċerka dwar is-sigurtà jimmobilizza diversi riżorsi, iżda jbati minn nuqqasijiet serji. L-adozzjoni mis-suq ta' riżultati tar-riċerka tibqa' sfida kbira peress li la hemm proċess komuni ta' ppjanar tal-kapaċitajiet għas-sigurtà, li jgħin jikkonsolida d-domanda għall-utenti finali pubbliċi, u lanqas użu sistematiku ta' strumenti oħra tal-UE ta’ finanzjament orjentati lejn il-kapaċità bħala mezz biex jiġi appoġġjat l-iskjerament ta' soluzzjonijiet ta' sigurtà. |
2.15. |
L-Istrateġija l-ġdida tas-Sigurtà Interna tiggwida l-politiki tas-sigurtà tal-UE u għalhekk għandha tfittex li ssolvi dawn in-nuqqasijiet. Għandha tindirizza l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġija u l-implikazzjonijiet tagħha għas-sigurtà, tinsisti li jkun hemm definizzjoni komuni tal-ħtiġijiet ta’ kapaċità ta’ sigurtà u trawwem il-kooperazzjoni Ewropea biex tissodisfa dawn il-ħtiġijiet. Dan isaħħaħ l-Unjoni tas-Sigurtà, jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għall-ħolqien ta’ suq intern ġenwin għas-sigurtà u jgħin biex tiġi sostnuta industrija tas-sigurtà kompetittiva fl-Ewropa. |
2.16. |
L-industrija hija indispensabbli biex tbiddel it-teknoloġiji f'soluzzjonijiet. Għalhekk, politika industrijali ambizzjuża għal oqsma ewlenin ta' sovranità għandha tkun prijorità politika għall-Unjoni. L-iżvilupp ta' tali politika huwa partikolarment urġenti għas-settur tas-sigurtà, li attwalment qiegħed ibati minn fallimenti tas-suq serji li jagħmluha diffiċli ħafna biex jiġu sostnuti l-kapaċitajiet industrijali u teknoloġiċi kritiċi. |
2.17. |
Għalhekk nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa strateġija industrijali speċifika ta’ sigurtà biex tappoġġja l-Istrateġija l-ġdida ta’ Sigurtà Interna u tagħmel l-Unjoni tas-Sigurtà aktar effettiva. Din l-istrateġija industrijali għandha tkun ambizzjuża u komprensiva, filwaqt li tiżgura li l-politiki u l-istrumenti pertinenti kollha jikkontribwixxu għas-sovranità teknoloġika tal-Unjoni f'oqsma ta' sigurtà kritiċi. Għandha tiżgura wkoll li l-istrumenti kollha tal-UE relatati mas-sigurtà (il-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, ir-RescEU) jinkludu dimensjoni industrijali, u l-programmi kollha relatati mat-teknoloġija (Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropa) jinkludu dimensjoni ta’ sigurtà. Dan jgħin biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-klijenti pubbliċi, joffri opportunitajiet ġodda għall-industrija Ewropea, u jagħmilha aktar faċli biex wieħed ilaħħaq f’ħin tajjeb mal-implikazzjonijiet tas-sigurtà tat-teknoloġiji emerġenti. |
2.18. |
Għal dan il-għan, il-kunċett ta’ sovranità teknoloġika jeħtieġ li jkompli jiġi definit u jsir operattiv. Il-fokus attwali tal-Kummissjoni fuq it-teknoloġiji diġitali jintlaqa' tajjeb iżda ma għandux ikun esklussiv. Għandha tingħata prijorità lit-teknoloġiji kritiċi kollha f'oqsma ewlenin ta' sovranità, jiġifieri s-sigurtà, id-difiża u l-ispazju. Il-kunċett għandu jiġi rivedut ukoll fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u jinkludi r-reżiljenza bħala objettiv strateġiku. |
2.19. |
L-“Istrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” tal-Kummissjoni tinkludi elementi importanti għat-trawwim tas-sovranità teknoloġika f’oqsma kritiċi ta’ sigurtà. Il-kunċett ta’ katini tal-valur strateġiċi b’mod partikolari għandu jintuża bħala l-qafas għal approċċ komprensiv li jkopri ċ-ċiklu industrijali kollu mill-provvista ta’ materjali kritiċi għall-industrijalizzazzjoni u l-manutenzjoni, u li jikkoordina l-użu tal-istrumenti ta’ politika xierqa kollha, inkluż il-kontroll tal-Investimenti Diretti Barranin. |
2.20. |
Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss se jkollu jiġi adattat għall-ħtiġijiet taż-żmien ta’ (wara) l-COVID-19, u għalhekk anke il-politiki appoġġjati mill-QFP u l-programmi li jiffinanzja. Prijoritajiet u strumenti definiti qabel iridu jiġu riveduti u jqisu l-lezzjonijiet misluta mid-diffikultajiet tal-Ewropa biex tiġi indirizzata l-pandemija. Dan japplika wkoll għall-Unjoni tas-Sigurtà u għall-Istrateġija l-ġdida ta’ Sigurtà Interna, li għandha tenfasizza l-ħtieġa għal aktar sovranità u reżiljenza teknoloġika. |
2.21. |
Biex tingħeleb ir-reċessjoni kkawżata mill-pandemija, matul iċ-ċiklu baġitarju li jmiss, l-UE għandha tiffoka l-investimenti fuq setturi ta’ teknoloġija avvanzata, peress li dawn għandhom l-akbar valur miżjud u effetti multiplikaturi għall-ekonomija kollha kemm hi (13). Strateġija tal-UE dwar is-sigurtà industrijali li tgħin biex l-Ewropa ssir aktar awtonoma u reżiljenti tkun taqbel perfettament ma’ dan l-approċċ u għalhekk għandha tinbeda b’urġenza taħt il-pjan ta’ rkupru tal-Unjoni wara l-COVID-19. |
Brussell, is-16 ta’ Lulju 2020.
Luca JAHIER
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Minħabba d-diversità tas-settur, bħalissa m’hemm l-ebda definizzjoni ċara tal-industrija tas-sigurtà u stimi approssimattivi biss tad-daqs tas-suq. Klassifikazzjoni metodoloġika ta’ din l-industrija hija mxekkla minn numru ta’ fatturi: 1) l-industrija tas-sigurtà mhix koperta bħala tali min-nomenklaturi statistiċi ewlenin (NACE, Prodcom, eċċ.); 2) il-produzzjoni ta’ oġġetti relatati mas-sigurtà hija moħbija taħt firxa wiesgħa ta’ intestaturi, u l-istatistika għal dawn l-intestaturi ma tiddistingwixxix bejn attivitajiet relatati mas-sigurtà u dawk mhux relatati mas-sigurtà; 3) ma hemm l-ebda sors ta’ data statistika disponibbli fil-livell Ewropew mill-industrija nnifisha. Ara l-istudju dwar l-iżvilupp ta’ data statistika dwar il-bażi teknoloġika u industrijali Ewropea ta’ sigurtà, Rapport Finali ta’ Ecorys għall-Kummissjoni Ewropea, DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni, Ġunju 2015.
(2) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill – Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina, Brussell, 20.4.2016, COM (2016) 230 final https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:9aeae420-0797-11e6-b713-01aa75ed71a1.0002.02/DOC_1&format=PDF
(3) Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(4) Id-Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(5) Ir-Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14) u r-Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
(6) Ir-Regolament dwar l-interoperabbiltà (fruntieri u viża) (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27) u r-Regolament dwar l-interoperabbiltà (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(7) Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).
(8) Ir-Regolament dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).
(9) Ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(10) Ir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(11) Skont il-prezzijiet attwali. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa, Brussell, 27.5.2020 COM(2020) 442 final: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1601035899164&uri=CELEX%3A52020DC0442
(12) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa, Brussell, 10.3.2020, COM (2020) 102 final https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0102&from=MT
(13) Ara pereżempju “Il ruolo dell’innovazione e dell’alta tecnologia in Italia nel confronto con il contesto internazionale” (Ir-rwol tal-innovazzjoni u t-teknoloġija avvanzata fl-Italja fir-rigward tal-kuntest internazzjonali), Centro economia digitale, Ruma, Ottubru 2019.