This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019XC1115(01)
Explanatory Notes to the Combined Nomenclature of the European Union2019/C 387/04
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea2019/C 387/04
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea2019/C 387/04
ĠU C 387, 15.11.2019, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 387, 15.11.2019, p. 11–13
(DE)
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/11 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 387/04)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Fil-paġna 412:
Jiddaħħlu t-test u r-ritratti li ġejjin bħala t-tieni paragrafu tan-nota ta’ spjega tas-subintestaturi 9503 00 35 u 9503 00 39:
“Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll il-blokok tal-logħob.
Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom, il-blokok huma ddisinjati biex jibnu struttura. Jistgħu jinkludu, pereżempju, pinnijiet u toqob biex jinżammu flimkien jew jistgħu jinkludu biss uċuħ lixxi li jitqiegħdu wieħed fuq l-ieħor.
Eżempji ta’ blokok tal-logħob:
Eżempju ta’ blokok li għandhom xifer li jidħol fix-xifer ta’ blokka oħra biex tinbena struttura (torri):
Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9503(D) (iii).
Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-subintestaturi 9503 00 61 u 9503 00 69 u tas-subintestaturi 9503 00 95 u 9503 00 99 .”
Fil-paġna 412:
Jiddaħħlu t-test u r-ritratt li ġejjin:
“9503 00 61 u 9503 00 69 |
Logħob ta’ taħbil il-moħħ Dawn is-subintestaturi jinkludu logħob ta’ taħbil il-moħħ li jinkludu blokok fil-forma ta’ kubi. Eżempju ta’ kubi fejn kull waħda mis-sitt naħat turi parti minn logħba ta’ taħbil il-moħħ differenti:
Ara wkoll l-eżempju ta’ logħba ta’ taħbil il-moħħ fil-forma ta’ kubi kklassifikata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2006 tas-12 ta’ Lulju 2006. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-subintestaturi 9503 00 95 u 9503 00 99.” |
Fil-paġna 413:
Jiddaħħlu t-test u r-ritratti li ġejjin:
“9503 00 95 u 9503 00 99 |
Oħrajn Dawn is-subintestaturi jinkludu blokok fil-forma ta’ kubi li juru stampi differenti (pereżempju, numri, ittri, disinji, stampi ta’ annimali). Dawn huma maħsuba għad-divertiment tat-tfal żgħar. Għall-kuntrarju tal-blokok tal-logħob, dawn mhumiex iddisinjati bil-ħsieb li tinbena struttura. Eżempju ta’ ġugarell li jikkonsisti f’diversi kubi li juru stampi differenti fuq kull naħa tagħhom:
Il-kubi murija fir-ritratti mhumiex ikklassifikati bħala logħba ta’ taħbil il-moħħ, peress li l-kubi jservu primarjament għal skopijiet oħra (l-għadd, id-divertiment eċċ.). Waħda biss mis-sitt naħat ta’ kull kubu sservi bħala logħba ta’ taħbil il-moħħ. Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).