This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0247
Case T-247/19: Action brought on 12 April 2019 — Thunus and Others v EIB
Kawża T-247/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Thunus et vs BEI
Kawża T-247/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Thunus et vs BEI
ĠU C 206, 17.6.2019, p. 91–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/91 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Thunus et vs BEI
(Kawża T-247/19)
(2019/C 206/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vincent Thunus (Contern, il-Lussemburgu) u seba’ rikorrenti oħra (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors amissibbli u fondat, inkluża l-eċċezzjoni ta’ illegalità li tinsab fih; |
— |
konsegwentement,
|
— |
għaldaqstant, tikkundanna lill-konvenut
|
— |
jekk ikun il-każ, fil-każ li huwa ma jipproduċihomx b’mod volontarju, tordna lill-konvenut bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex jipproduċi d-dokumenti li ġejjin:
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw rispettivament, minn naħa, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017, żewġ motivi u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tat-30 ta’ Jannar 2018, tliet motivi.
Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017:
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet kweżiti. |
Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tat-30 ta’ Jannar 2018:
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-garanziji proċedurali tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal konsultazzjoni tal-Kulleġġ. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
F’dak li jirrigwarda t-talba għad-danni, ir-rikorrenti jitolbu l-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni dovuta jiġifieri 1.4 % mill-1 ta’ Jannar 2018 (inkluż l-impatt ta’ din iż-żieda fuq il-benefiċċji pekunarji) miżjud b’interessi moratorji.