Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0235

    Kawża T-235/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — HIM vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 206, 17.6.2019, p. 87–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/87


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — HIM vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-235/19)

    (2019/C 206/76)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Health Information Management (HIM) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Zeegers, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata, u għaldaqstant;

    tiddeċiedi li r-rikorrenti ma hijiex responsabbli biex tħallas in-noti ta’ debitu bin-numri 3241901815 (EUR 94 445.00) u 3241901886 (EUR 121 517.00) maħruġa fl-4 ta’ Frar 2019 u sa fejn huwa meħtieġ tiddikjara li dawn in-noti huma nulli skont l-Artikoli 263 u 264 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż kollha, li l-ammont tagħhom huwa stabbilit b’mod provviżorju għas-somma ta’ EUR 8 000.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni tar-rapport ta’ awditu definittiv u l-impossibbiltà għar-rikorrenti sabiex tesprimi l-pożizzjoni tagħha b’għarfien sħiħ tal-fatti. Din l-assenza ta’ komunikazzjoni għandha bħala effett li n-noti ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni ma humiex iġġustifikati.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tal-awditur u tal-Kummissjoni tar-regoli li jistabbilixxu l-ispejjeż eliġibbli. Ir-rikorrenti tikkontesta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li, permezz tad-deċiżjoni tagħha, żiedet kundizzjoni mhux prevista mit-testi applikabbli fil-qasam ta’ telexogħol b’mod partikolari u b’dan il-mod adottat aġir li ma huwiex konsistenti ma’ dak li hija nnfisha kienet adottat f’awditi preċedenti li kienu jinvolvu lir-rikorrenti.


    Top