This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0204
Case T-204/19: Action brought on 5 April 2019 — BL and BM v Council and Others
Kawża T-204/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BL u BM vs Il-Kunsill et
Kawża T-204/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BL u BM vs Il-Kunsill et
ĠU C 206, 17.6.2019, p. 55–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/55 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BL u BM vs Il-Kunsill et
(Kawża T-204/19)
(2019/C 206/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BL u Bank Mellat (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u Eulex Kosovo
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
prinċipalment,
|
— |
sussidjarjament,
|
— |
tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw, b’mod partikolari, seba’ motivi sabiex jiksbu l-kwalifika mill-ġdid tal-kuntratti ta’ impjieg tagħhom mal-istituzzjonijiet f’kuntratt għal żmien indeterminat u għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu sostnut minħabba d-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt rispettiv tagħhom, kif ukoll tal-għażla tal-istituzzjonijiet li japplikaw għall-persunal bil-kuntratt internazzjonali regoli li ma humiex neċessarjament konformi mad-drittijiet fundamentali tagħhom.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq abbuż ta’ liġi mwettaq mill-konvenuti fl-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat u tal-ksur minn dawn tal-aħħar tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ ċertezza legali kkawżata mill-konvenuti fil-konfront tar-rikorrenti u fuq il-ksur minn dawn tal-aħħar tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tal-prinċipju ta’ konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tal-Kodiċi Ewropew ta’ Amministrazzjoni Tajba. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur mill-konvenuti tad-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jinvokaw l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema fi ħdan l-istituzzjonijiet u, b’mod partikolari, fir-rigward tad-drittijiet rikonoxxuti lill-membri tal-persunal temporanji, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ ħlas ta’ diversi allokazzjonijiet, il-kontribuzzjoni għall-fond tal-pensjoni, ir-rimbors tal-ispejjeż u, potenzjalment, in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ 20 sena ta’ servizz. |