Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0238

Kawża C-238/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2019 — EZ vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

ĠU C 206, 17.6.2019, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2019 — EZ vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-238/19)

(2019/C 206/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EZ

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95/UE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-“rifjut li wieħed iwettaq servizz militari f’konflitt” ma jeżiġix li l-persuna kkonċernata tkun irrifjutat li twettaq is-servizz militari fi proċedura ta’ rifjut formali, fejn id-dritt tal-Istat tal-oriġini ma jipprevedix id-dritt li jiġi rrifjutat is-servizz militari?

2.

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95/UE u r-“rifjut li wieħed iwettaq servizz militari” tagħha, jipproteġu wkoll il-persuni li, fi tmiem id-differiment tas-servizz militari, ma jippreżentawx ruħhom lill-awtoritajiet militari tal-pajjiż tal-oriġini u jevadu l-iskrizzjoni obbligatorja billi jaħarbu?

3.

Fil-każ li r-risposta li tingħata għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv:

L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li, għal persuna suġġetta għal-lieva, li ma għandhiex informazzjoni dwar is-settur futur ta’ intervent militari tagħha, is-servizz militari “jkun jinkludi” direttament jew indirettament “delitti jew atti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ esklużjonijiet kif dikjarat fl-Artikolu 12(2)” minħabba s-sempliċi fatt li l-forzi armati tal-Istat tal-oriġini tagħha jwettqu tali delitti jew atti b’mod ripetut u sistematiku bl-użu ta’ persuni suġġetti għal-lieva?

4.

L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ prosekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95/UE, konformement mal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2011/95/UE, għandu jkun hemm rabta bejn il-motivi msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95/UE u l-atti kklassifikati bħala atti ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2011/95/UE jew in-nuqqas ta’ protezzjoni kontra tali atti?

5.

Fil-każ li r-risposta li tingħata għar-raba’ domanda tkun fl-affermattiv: ir-rabta prevista fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3) u tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2011/95/UE bejn il-persekuzzjonijiet dovuti għal prosekuzzjoni jew sanzjonijiet minħabba rifjut li jitwettaq is-servizz militari u l-motiv ta’ persekuzzjoni teżisti diġà bis-sempliċi fatt li l-prosekuzzjoni jew sanzjonijiet huma marbuta mar-rifjut?


(1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).


Top