Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0254

    Kawża C-254/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa — Perijodu ta’ referenza — Natura varjabbli jew fissa — Deroga — Uffiċjali tal-pulizija)

    ĠU C 206, 17.6.2019, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

    (Kawża C-254/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa - Perijodu ta’ referenza - Natura varjabbli jew fissa - Deroga - Uffiċjali tal-pulizija)

    (2019/C 206/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Syndicat des cadres de la sécurité intérieure

    Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(b), l-Artikolu 16(b) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ħin medju ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, perijodi ta’ referenza li jibdew u jintemmu f’dati kalendarji fissi, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun tinkludi mekkaniżmi li jippermettu li jiġi żgurat li l-ħin medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa ta’ 48 siegħa jiġi osservat matul kull perijodu ta’ sitt xhur maqsum fuq żewġ perijodi ta’ referenza fissi suċċessivi.


    (1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


    Top