Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0617

    Kawża C-617/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy –il-Polonja) — Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie S.A. vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 82 KE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 3(1) — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li timponi multa fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali u multa fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Applikabbiltà)

    ĠU C 206, 17.6.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy –il-Polonja) — Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie S.A. vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

    (Kawża C-617/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 82 KE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 3(1) - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li timponi multa fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali u multa fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Applikabbiltà)

    (2019/C 206/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie S.A.

    Konvenuta: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

    Fil-preżenza ta’: Edward Dętka, Mirosław Krzyszczak, Zakład Projektowania i Programowania Systemów Sterowania Atempol Sp. z o.o. w Piekarach Śląskich, Ommer Polska Sp. z o.o. w Krapkowicach, Glimat Marcinek i S-ka spółka jawna w Gliwicach, Jastrzębskie Zakłady Remontowe Dźwigi Sp. z o.o. w Jastrzębiu Zdroju, Petrofer-Polska Sp. z o.o. w Nowinach, Pietrzak B. B. Beata Pietrzak, Bogdan Pietrzak Spółka jawna w Katowicach, Ewelina Baranowska, Przemysław Nikiel, Tomasz Woźniak, Spółdzielnia Kółek Rolniczych w Bielinach, Lech Marchlewski, Zakład Przetwórstwa Drobiu Marica spółka jawna J.M.E.K. Wróbel sp. jawna w Bielsku Białej, HTS Polska Sp. z o.o., Paco Cases Andrzej Paczkowski, Piotr Paczkowski spółka jawna w Puszczykowie, Bożena Kubalańca, Zbigniew Arczykowski, Przedsiębiorstwo Produkcji Handlu i Usług Unipasz Sp. z o.o. w Radzikowicach, Janusz Walocha, Marek Grzegolec

    Dispożittiv

    Il-prinċipju ta’ ne bis in idem stipulat fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ipproklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nice għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali timponi fuq impriża, fl-ambitu tal-istess deċiżjoni, multa għal ksur tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni u multa għal ksur tal-Artikolu 82 KE. F’sitwazzjoni bħal din, l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali għandha madankollu tiżgura ruħha li l-multi meqjusa flimkien ikunu proporzjonati fid-dawl tan-natura tal-ksur.


    (1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


    Top