Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex
Dokument 32019D0613(01)
Commission Implementing Decision of 4 June 2019 on the publication in the Official Journal of the European Union of an application for amendment of a specification for a name in the wine sector referred to in Article 105 of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council (Vigneti delle Dolomiti/Weinberg Dolomiten (PGI))
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Vigneti delle Dolomiti/Weinberg Dolomiten (IĠP))
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Vigneti delle Dolomiti/Weinberg Dolomiten (IĠP))
C/2019/4275
ĠU C 197, 13.6.2019, s. 2—19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
platné
13.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 197/2 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Ġunju 2019
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Vigneti delle Dolomiti/Weinberg Dolomiten (IĠP))
(2019/C 197/02)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Italja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Vigneti delle Dolomiti”/“Weinberg Dolomiten” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati. |
(3) |
Sabiex tippermetti t-tressiq ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Vigneti delle Dolomiti”/“Weinberg Dolomiten” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Vigneti delle Dolomiti”/“Weinberg Dolomiten” (IĠP), skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
“VIGNETI DELLE DOLOMITI”/“WEINBERG DOLOMITEN”
PGI-IT-A0755-AM02
Data tal-applikazzjoni: 14.4.2015
1. Regoli applikabbli għall-emenda
L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri
2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
2.1. Żieda ta’ kategoriji ġodda ta’ nbid frizzanti
L-emenda tikkonċerna ż-żieda tal-kategoriji li ġejjin ta’ nbid frizzanti
— |
“inbid frizzanti” abjad u rożè; |
— |
“inbid frizzanti ta’ kwalità” abjad u rożè; |
— |
“inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità” abjad. |
Raġunijiet: Għal aktar minn seklu, ħafna nbejjed frizzanti ewlenin ġew prodotti fil-provinċja ta’ Trento permezz tal-metodu tal-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun; aktar reċentement, għadd sinifikanti ta’ nbejjed frizzanti ġeneriċi u varjetali bdew jiġu prodotti fis-snin 50/60 permezz tal-metodu tal-fermentazzjoni sekondarja f’kontenituri kbar (il-proċess ta’ Charmat). Fil-provinċja ta’ Trento biss, din il-produzzjoni attwalment tammonta għal madwar 3,5 miljun flixkun, filwaqt li sehem konsiderevoli minnhom huwa eliġibbli li juża l-IĠP inkwistjoni, peress li għandu l-karatteristiċi meħtieġa.
Permezz ta’ din it-talba għal emenda, qed jiġi propost li l-parti t’hawn fuq tingħata livell ogħla ta’ protezzjoni u rabta aktar mill-qrib mat-territorju ta’ oriġini billi din tiġi inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-IĠP “Vigneti delle Dolomiti”, billi din tiġi soġġetta għall-istess regoli li ilhom żmien twil japplikaw għal inbejjed bla gass u semifrizzanti.
Għadd żgħir ta’ impriżi jammontaw għall-akbar produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti permezz tal-proċess ta’ Charmat. Madankollu, meta r-rendiment tal-impriżi jkun baxx, qed isir dejjem aktar komuni li dawn ikollhom stabbilimenti ta’ parti terza jwettqu l-ipproċessar f’isimhom, minħabba l-ispejjeż għoljin ta’ investiment meħtieġa biex l-impriżi jiksbu s-sistemi u t-teknoloġiji meħtieġa biex jagħmlu dan it-tip ta’ produzzjoni. Għalhekk, hemm għadd dejjem akbar ta’ impriżi li jixtiequ jkomplu jtejbu l-inbejjed tagħhom stess billi jipproċessawhom fi nbid frizzanti permezz tal-fermentazzjoni sekondarja f’awtoklavi.
Din hija wkoll ir-raġuni għaliex ġie propost li l-ipproċessar fi nbid frizzanti jkun jista’ jsir f’kull post fir-reġjuni tal-Veneto u tal-Lombardia minn impriżi li jkunu jistgħu juru tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ nbejjed tal-IĠP “Vigneti delle Dolomiti” u/jew jipproċessawhom fi nbejjed semifrizzanti matul l-aħħar ħames snin tal-għasra.
Minbarra li tagħti lill-konsumaturi indikazzjoni preċiża tal-oriġini ġeografika tal-prodott, il-possibbiltà li dawn il-prodotti jiġu kklassifikati taħt l-IĠP “Vigneti delle Dolomiti” għandha tiġġustifika wkoll żieda fil-valur tal-prodott f’termini tal-pożizzjonament tiegħu fuq l-iskala tal-prezz, b’aġġustament kemm fil-prezz għal kull flixkun kif ukoll, bħala konsegwenza, fil-valur tal-għeneb li jintuża.
Barra minn hekk, id-distinzjoni li tingħata mill-isem tal-IĠP “Vigneti delle Dolomiti” tippermetti lill-produzzjoni lokali tispikka mill-firxa wiesgħa ta’ nbejjed frizzanti ġeneriċi jew varjetali anonimi, u tevita li l-politika tal-prezzijiet tiġi imposta mill-preżenza mifruxa ta’ tali prodotti fis-suq.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 2, 6 u 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsimiet li ġejjin tad-Dokument Uniku: il-punti 2.3. Il-kategorija tal-prodotti tad-dwieli, 2.4. Id-deskrizzjoni tal-inbejjed, 2.5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi u 2.8. Ir-rabta maż-żona ġeografika.
2.2. L-inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda fil-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb
L-emenda tikkonċerna l-inklużjoni fil-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb tal-varjetajiet li ġejjin, li ġew introdotti reċentement fil-provinċji li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni tal-IĠP “Vigneti delle Dolomiti”:
— |
BRONNER (B)/(Bolzano u Trento); |
— |
CARMENÈRE (N)/(Bolzano); |
— |
DIOLINOIR (N)/(Bolzano); |
— |
HELIOS (B)/(Trento); |
— |
JOHANNITER (B)/(Trento); |
— |
SOLARIS (B)/(Bolzano u Trento); |
— |
TURCA (N)/(Trento). |
Għalhekk, dawn il-varjetajiet il-ġodda tal-għeneb jiżdiedu ma’ dawk li huma diġà permessi għall-provinċji rilevanti.
L-emenda proposta hija partikolarment sinifikanti, peress li dawn l-ibridi interspeċifiċi ta’ Vitis Vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġeneru Vitis huma naturalment reżistenti għall-patoġeni ewlenin tad-dwieli (Plasmopara viticola u Uncinula necator) u għalhekk ma jirrikjedux trattamenti kimiċi. Din il-karatteristika partikolari tfisser li dawn jitkabbru prinċipalment qrib iż-żoni “sensittivi”, bħal skejjel, żoni mibnija, faċilitajiet sportivi, rotot taċ-ċiklisti, eċċ.
Għalhekk, filwaqt li jitqiesu dawn il-kwalitajiet ambjentali, iż-żieda fiż-żona mħawla bil-varjetajiet inkwistjoni u r-riżultati favorevoli miksuba mill-vinifikazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet innovattivi, din l-emenda għandha l-għan li tagħti l-livell meħtieġ ta’ rikonoxxibbiltà u protezzjoni lil dawn il-prodotti wkoll.
Il-possibbiltà li l-inbejjed tal-IĠP jitqiegħdu fis-suq bl-ismijiet ta’ dawn il-varjetajiet fuq it-tikketti tagħhom iżid il-valur tagħhom.
Il-possibbiltà li dawn il-varjetajiet jissemmew fuq it-tikketta, flimkien mal-Indikazzjoni Ġeografika “Vigneti delle Dolomiti”, ittejjeb il-valur tal-prodotti individwali. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li xi drabi dawn il-varjetajiet ma jkunux magħrufa jew apprezzati ħafna mill-konsumaturi għaliex, s’issa, ma kienx possibbli li dawn jissemmew fuq it-tikketti tal-inbejjed ikkonċernati.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 2 tad-Dokument Uniku, il-punt 2.7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed.
2.3. Il-produzzjoni tal-inbejjed li jkollhom l-isem tal-varjetajiet tal-għeneb “Bianchetta Trevigiana” jew “Pavana” fuq it-tikketta
It-tipi ta’ nbid li jkollhom l-isem tal-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin fuq it-tikketti tagħhom għandhom jiżdiedu mal-kategoriji “Inbid” u “Inbid semifrizzanti”:
— |
BIANCHETTA TREVIGIANA (B); |
— |
PAVANA (N). |
Raġunijiet: L-emenda proposta tippermetti l-produzzjoni tal-inbejjed miksuba mill-varjetajiet “Bianchetta Trevigiana” u “Pavana”, u li dawn il-varjetajiet ikunu speċifikati fuq it-tikketta f’konformità mar-regoli rilevanti tal-Unjoni Ewropea.
Dan għaliex il-varjetajiet inkwistjoni diġà kienu inklużi fil-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP “Vigneti delle Dolomiti” għall-produzzjoni tat-tipi bojod u ħomor/rożè rispettivament. Għalhekk, l-għan ta’ din l-emenda huwa li tippermetti l-indikazzjoni tal-ismijiet ta’ dawk iż-żewġ varjetajiet fuq it-tikketti tal-inbejjed rilevanti, fl-interess tal-produtturi.
B’mod speċifiku, f’din it-taqsima tad-Dokument Uniku, iż-żewġ varjetajiet tal-għeneb imsemmija hawn fuq mhumiex inklużi fil-lista tal-varjetajiet tal-għeneb li huma pprojbiti milli jiġu speċfikati fuq it-tikkettar.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 2 tad-Dokument Uniku, il-punt 2.9. Rekwiżiti addizzjonali.
2.4. Derogi li jippermettu l-ipproċessar tal-inbid fi nbid frizzanti u semifrizzanti fir-reġjuni tal-viċinat
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott diġà tippermetti t-twettiq tal-proċessi ta’ vinifikazzjoni normali għall-inbejjed mingħajr gass fir-reġjuni tal-viċinat (fil-Veneto u fil-Lombardia), sakemm l-impriżi kkonċernati jkunu jistgħu juru tradizzjoni mingħajr waqfien ta’ produzzjoni ta’ inbejjed tal-IĠP “Vigneti delle Dolomiti” matul l-aħħar ħames snin tal-għasra.
L-għan ta’ din l-emenda huwa li tippermetti l-ipproċessar tal-inbid fi nbid semifrizzanti u frizzanti fl-istess żona bħal dik li tiġi permessa għall-inbejjed mingħajr gass.
Raġunijiet: Il-possibbiltà li l-inbid jiġi pproċessat fi nbid frizzanti u semifrizzanti fir-reġjuni tal-viċinat hija ġġustifikata u konsistenti mal-fatt li l-proċessi normali tal-vinifikazzjoni jistgħu jitwettqu f’dawn ir-reġjuni (kif stabbilit diġà fl-Ispeċifikazzjoni). Wieħed għandu jżomm f’moħħu li tali proċessi ma jitqisux bħala stadji ta’ wara l-vinifikazzjoni, iżda minflok bħala parti integrali tal-produzzjoni tal-inbid, u għalhekk jistgħu jitwettqu biss fiż-żona tal-produzzjoni tal-inbid identifikata.
Barra minn hekk, meta l-impriżi jkollhom rendiment baxx ta’ nbejjed semifrizzanti u frizzanti, qed isir dejjem aktar komuni li dawn ikollhom stabbilimenti ta’ parti terza jwettqu l-ipproċessar f’isimhom, minħabba l-ispejjeż għoljin ta’ investiment meħtieġa biex l-impriżi jiksbu s-sistemi u t-teknoloġiji meħtieġa biex iwettqu tali pproċessar. Hija l-prattika normali li l-operaturi lokali jitolbu lid-ditti fir-reġjuni tal-viċinat tal-Veneto u tal-Lombardia jwettqu tali pproċessar, speċjalment fil-każ ta’ rendiment baxx.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 2 tad-Dokument Uniku, il-punt 2.9. Rekwiżiti addizzjonali.
2.5. Il-prassi enoloġika tat-taħlit tal-inbejjed u tal-most
Il-paragrafu dwar il-prassi enoloġika tat-taħlit tal-inbejjed u tal-most, inkluż ma’ prodotti li joriġinaw barra miż-żona (sa massimu ta’ 15 %), ġie riformulat sabiex tiġi eskluża l-possibbiltà li jintużaw, anki biss parzjalment, l-inbejjed miksuba minn varjetajiet tal-għeneb differenti minn dawk li jistgħu jiktabbru fil-provinċji ta’ Trento, Bolzano u Belluno.
Raġunijiet: L-emenda għandha l-għan li tagħti lill-operaturi informazzjoni aktar preċiża, minkejja li din hija aktar restrittiva meta mqabbla mal-Ispeċifikazzjoni preċedenti, dwar il-possibbiltajiet biex tintuża l-prattika tradizzjonali tat-taħlit. B’mod partikolari, l-emenda għandha l-għan li tevita li l-prattika tat-taħlit bl-użu ta’ varjetajiet tal-għeneb differenti minn dawk li jistgħu jitkabbru fiż-żona taffettwa b’mod negattiv il-karatterizzazzjoni u l-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed inkwistjoni.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 2 tad-Dokument Uniku, il-punt 2.5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
|
Vigneti delle Dolomiti |
|
Weinberg Dolomiten |
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. |
Inbid frizzanti |
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
6. |
Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità |
8. |
Inbid semifrizzanti |
15. |
Inbid minn għeneb imqadded |
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Vigneti delle Dolomiti Bianco li jappartjenu għall-kategoriji “Inbid” u “Inbid semifrizzanti”, li għandhom jew m’għandhomx indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb
Dawn l-inbejjed il-bojod tat-tipi differenti juru firxa ta’ kuluri li tvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi, xi drabi bi ħjiel ta’ aħdar ċar jew kulur ir-ram bħal fil-każ tal-Pinot Grigio.
L-aromi tal-inbejjed huma kkaratterizzati mis-sottilezza tagħhom, b’togħmiet ta’ frott li ġeneralment jirriflettu l-varjetà ewlenija tal-għeneb li ntużat fl-inbid, iżda wkoll il-“personalità” tipika tal-prodotti tal-muntanji.
It-togħma tal-inbejjed, li tista’ tvarja minn qarsa għal ħelwa, hija armonjuża, strutturata tajjeb u b’ħafna togħma, u għandha bilanċ tajjeb f’termini tal-kontenut tal-alkoħol u l-aċidità.
Fil-każ tal-inbid abjad semifrizzanti, il-preżenza tad-diossidu tal-karbonju ssaħħaħ il-freskezza u d-dinamiċità tiegħu.
Meta jinħarġu għall-konsum, l-inbejjed il-bojod li jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-kwalitajiet deskritti hawn fuq, ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet rilevanti tal-għeneb li minnhom ikun inkiseb l-inbid.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10 %
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Vigneti delle Dolomiti Rosato li jappartjenu għall-kategoriji “Inbid” u “Inbid semifrizzanti”, li għandhom jew m’għandhomx indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb
Dawn l-inbejjed rożè huma grupp ta’ prodotti “lesti għax-xorb” li jinkisbu primarjament mill-varjetajiet tal-għeneb Schiava, Merlot u Teroldego.
Dawn l-inbejjed għandhom kulur roża li jvarja fl-intensità skont il-proċess tal-vinifikazzjoni u t-tul ta’ żmien ta’ kuntatt mal-qxur.
L-aroma hija fina u delikata bi ħjiel pjaċevoli ta’ frott.
It-togħma hija friska u armonjuża b’aċidità bbilanċjata, u tista’ tvarja minn xotta għal ħelwa.
Fil-każ tal-inbid semifrizzanti, il-preżenza tad-diossidu tal-karbonju ssaħħaħ il-freskezza u d-dinamiċità tiegħu.
Meta jinħarġu għall-konsum, l-inbejjed rożè li jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-kwalitajiet deskritti hawn fuq, ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet rilevanti tal-għeneb li minnhom ikun inkiseb l-inbid.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10 %
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Vigneti delle Dolomiti Rosso li jappartjenu għall-kategoriji “Inbid” u “Inbid semifrizzanti”, li għandhom jew m’għandhomx indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb
Dawn l-inbejjed għandhom kulur aħmar lewn ir-rubini li jvarja fl-intensità, xi drabi bi ħjiel ta’ oranġjo jekk ikun immaturat. L-aroma tagħhom ġejja mid-dwieli, b’xi drabi tkun togħma delikata ħafna jew togħma ta’ frott; skont il-varjetà tal-għeneb li ntużat biex jiġu prodotti, dawn jista’ jkollhom aromi tal-frott li jvarjaw fl-intensità u li jkunu żviluppati sew jekk l-inbid ikun immaturat.
It-togħma hija armonjuża, b’palat qawwi, xi drabi ftit morra u awstera, u tista’ tvarja minn qarsa għal ħelwa.
L-inbid aħmar “Novello” jesprimi l-aromi u t-togħmiet assoċjati mat-teknika partikolari tal-maċerazzjoni tal-karbonju li ntużat biex jiġi prodott inbid mill-għeneb, li jsaħħaħ il-profil etiliku tal-inbid u n-noti tipiċi tal-varjetà tal-għeneb.
Fil-każ tal-inbid semifrizzanti, il-preżenza tad-diossidu tal-karbonju ssaħħaħ id-dinamiċità tiegħu.
Meta jinħarġu għall-konsum, l-inbejjed ħomor li jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-kwalitajiet deskritti hawn fuq, għandhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet rilevanti tal-għeneb li minnhom ikun inkiseb l-inbid.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum:
— |
11 % fil-każ tat-tip “Vino Novello” |
— |
10 % għal tipi oħra |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Vigneti delle Dolomiti Bianco li jappartjenu għall-kategoriji (15) u (16) inkluż bit-terminu tradizzjonali “Passito” jew “Vino Passito”, mingħajr indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb
Dawn l-inbejjed għandhom personalità u karattru kbar. Il-kulur ivarja minn isfar dehbi għal ambra.
L-aroma hija delikata, fina u distintiva bi ħjiel ta’ għeneb imqadded, xi drabi pikkanti.
It-togħma hija rikka, armonjuża, ta’ nbid minn għeneb imqadded u xi drabi alkoħolika; din tista’ tvarja minn qarsa għal ħelwa.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16 %
Qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum: 9,0 % (inbid minn għeneb imqadded) u 12,0 % (inbid minn għeneb misjur iżżejjed)
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Vigneti delle Dolomiti Rosato li jappartjenu għall-kategoriji (15) u (16) inkluż bit-terminu tradizzjonali “Passito” jew “Vino Passito”, mingħajr indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb
Dawn l-inbejjed għandhom personalità u karattru qawwijin. Il-kulur huwa roża li jvarja fl-intensità, u xi drabi jkollu sfumaturi oranġjo.
L-aroma hija delikata, fina u distintiva bi ħjiel ta’ għeneb imqadded, xi drabi pikkanti.
It-togħma hija rikka, armonjuża, ta’ nbid minn għeneb imqadded u xi drabi alkoħolika; din tista’ tvarja minn xotta għal ħelwa.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16 %
Qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum: 9,0 % (inbid minn għeneb imqadded) u 12,0 % (inbid minn għeneb misjur iżżejjed)
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Vigneti delle Dolomiti Rosso li jappartjenu għall-kategoriji (15) u (16) inkluż bit-terminu tradizzjonali “Passito” jew “Vino Passito”, mingħajr indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb
Dawn l-inbejjed għandhom personalità u karattru kbar. Il-kulur huwa aħmar lewn il-garnata, li xi drabi jkollu sfumaturi oranġjo.
L-aroma hija delikata, fina u distintiva bi ħjiel ta’ għeneb imqadded, xi drabi pikkanti.
It-togħma hija rikka, armonjuża, ta’ inbid minn għeneb imqadded u xi drabi alkoħolika; din tista’ tvarja minn qarsa għal ħelwa.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16 %
Qawwa alkoħolika attwali minima skont il-volum: 9,0 % (inbid minn għeneb imqadded) u 12,0 % (inbid minn għeneb misjur iżżejjed)
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Vigneti delle Dolomiti Bianco li jappartjenu għall-kategoriji (4) Inbid frizzanti, (5) Inbid frizzanti ta’ kwalità u (6) Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, li għandhom jew m’għandhomx indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb
L-inbid frizzanti huwa kkaratterizzat minn ragħwa dinamika u persistenti, u kulur li jvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi bi ħjiel ta’ aħdar ċar. Huwa kkaratterizzat mill-kwalitajiet partikolari tiegħu tas-sottillezza u l-eleganza. Għandu aroma distintiva, fina u delikata bi ħjiel tal-ħmira; l-inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità għandu l-aromi tipiċi tal-varjetà tal-għeneb Moscato Giallo. It-togħma hija fina, dinamika u tipika tal-varjetà tal-għeneb; f’termini tal-kontenut taz-zokkor, it-togħma tista’ tvarja minn qarsa għal ħelwa, jiġifieri bl-indikazzjoni minn “brut nature” għal “ħelwa”. Meta jinħarġu għall-konsum, l-inbejjed il-bojod frizzanti u frizzanti ta’ kwalità, jekk jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-karatteristiċi msemmija hawn fuq, ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet rilevanti tal-għeneb li minnhom ikun inkiseb l-inbid. L-inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, li għandu jew li m’għandux l-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb, irid ikollu l-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà tal-għeneb Moscato Giallo, li minnu jrid jinkiseb għalkollox. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,0 %
Qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum: 10,5 % (inbid frizzanti u nbid frizzanti ta’ kwalità) u 6,0 % (inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità)
Aċidità totali minima: 4,5 g/l espressa bħala aċidu tartariku (inbid frizzanti u nbid frizzanti ta’ kwalità); 5,0 g/l espressa bħala aċidu tartariku (inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità)
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Vigneti delle Dolomiti Rosato li jappartjenu għall-kategoriji (4) Inbid frizzanti u (5) Inbid frizzanti ta’ kwalità, li għandhom jew m’għandhomx indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb
L-inbid frizzanti huwa kkaratterizzat minn ragħwa dinamika u persistenti u minn kulur roża li jvarja fl-intensità. Dan huwa kkaratterizzat mill-kwalitajiet partikolari tiegħu tas-sottillezza u l-eleganza.
Dan għandu aroma distintiva, fina u delikata bi ħjiel tal-ħmira.
It-togħma hija fina, dinamika u tipika tal-varjetà tal-għeneb; f’termini tal-kontenut taz-zokkor, it-togħma tista’ tvarja minn qarsa għal ħelwa, jiġifieri bl-indikazzjoni minn “brut nature” għal “ħelwa”.
Meta jinħarġu għall-konsum, l-inbejjed rożè frizzanti u frizzanti ta’ kwalità, jekk jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-karatteristiċi msemmija hawn fuq, għandhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet rilevanti tal-għeneb li minnhom ikun inkiseb l-inbid.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 %
Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-prattiki enoloġiċi
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tippermetti t-taħlit ta’ most u nbejjed sa massimu ta’ 15 %, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea, ma’ most u nbejjed, inkluż minn żoni Taljani oħra tal-vinikultura, sakemm ikunu nkisbu minn varjetajiet tal-għeneb mhux aromatiċi kklassifikati bħala “tajbin għall-kultivazzjoni” jew “taħt osservazzjoni” fil-provinċji ta’ Belluno, Bolzano u Trento.
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-prattiki enoloġiċi
L-ipproċessar fi nbid frizzanti huwa permess b’mod esklużiv permezz tal-metodu tal-fermentazzjoni sekondarja f’kontenituri kbar (awtoklavi).
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
It-tipi Vigneti delle Dolomiti Bianco, Rosato u Rosso mingħajr indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb
23 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Vigneti delle Dolomiti miksuba mill-varjetà tal-għeneb Moscato Rosa
12 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
It-tipi ta’ Vigneti delle Dolomiti b’indikazzjoni ta’ varjetajiet tal-għeneb oħrajn permessi
19 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Deskrizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb fejn jiġu prodotti l-inbejjed “Vigneti delle Dolomiti” tkopri t-territorju sħiħ tal-provinċji awtonomi ta’ Trento u Bolzano u dak tal-provinċja ta’ Belluno fir-Reġjun tal-Veneto, li lkoll jagħmlu parti miż-żona tal-vitikultura tal-UE C I (B).
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Cabernet Franc N. - Cabernet |
|
Cabernet Sauvignon N. - Cabernet |
|
Carmenère N. - Cabernet |
|
Carmenère N. - Cabernet Italiano |
|
Carmenère N. - Cabernet Nostrano |
|
Casetta N. |
|
Chardonnay B. |
|
Franconia N. |
|
Goldtraminer B. |
|
Gosen N. |
|
Groppello di Revò N. - Groppello |
|
Kerner B. |
|
Lagarino B. |
|
Lambrusco a Foglia Frastagliata N. - Enantio N. |
|
Lambrusco a Foglia Frastagliata N. - Lambrusco |
|
Manzoni Bianco B. - Incrocio Manzoni 6.0.13 B. |
|
Maor B. |
|
Merlot N. |
|
Moscato Giallo B. - Goldmuskateller |
|
Moscato Giallo B. - Moscato |
|
Moscato Giallo B. - Moscatellone |
|
Moscato Rosa Rs. - Moscato delle Rose |
|
Moscato Rosa Rs. - Rosen Muskateller |
|
Müller Thurgau B. - Riesling x Sylvaner |
|
Nosiola B. |
|
Paolina B. |
|
Pavana N. |
|
Petit Verdot N |
|
Pinot Bianco B. - Pinot |
|
Pinot Bianco B. - Pinot Blanc |
|
Pinot Bianco B. - Weissburgunder |
|
Pinot Bianco B. - Weiß Burgunder |
|
Pinot Bianco B. - Weißburgunder |
|
Pinot Grigio - Grauburgunder |
|
Pinot Grigio - Grauer Burgunder |
|
Pinot Grigio - Pinot |
|
Pinot Grigio - Pinot Gris |
|
Pinot Grigio - Ruländer |
|
Pinot Nero N. - Blauer Spätburgunder |
|
Pinot Nero N. - Pinot |
|
Pinot Nero N. - Pinot Noir |
|
Pinot Nero N. - Spätburgunder |
|
Pinot Nero N. - Blauburgunder |
|
Rebo N. |
|
Rossara N. |
|
Saint Laurent N. |
|
Sauvignon B. - Sauvignon Blanc |
|
Schiava Gentile N. - Kleinvernatsch |
|
Schiava Gentile N. - Mittervernatsch |
|
Schiava Gentile N. - Schiava |
|
Schiava Gentile N. - Vernatsch |
|
Schiava N. |
|
Schiava Grigia N. - Grauvernatsch |
|
Schiava Grigia N. - Schiava |
|
Schiava Grigia N. - Vernatsch |
|
Schiava Grossa N. - Edelvernatsch Gr |
|
Schiava Grossa N. - Großvernatsch |
|
Schiava Grossa N. - Schiava |
|
Schiava Grossa N. - Vernatsch |
|
Sennen N. |
|
Sylvaner Verde B. - Grüner Sylvaner |
|
Sylvaner Verde B. - Silvaner |
|
Sylvaner Verde B. - Sylvaner |
|
Syrah N. - Shiraz |
|
Teroldego N. |
|
Verdealbara B. |
|
Bronner B. |
|
Helios B. |
|
Johanniter B. |
|
Solaris B. |
|
Turca N. |
|
Turca N. - Serbina N. |
|
Lagrein N. |
|
Marzemino N. - Berzamino |
|
Marzemino N. - Berzemino |
|
Meunier N. |
|
Negrara N. |
|
Riesling Italico B. - Riesling |
|
Riesling Italico B. - Welschriesling |
|
Riesling Renano B. - Rheinrieseling |
|
Riesling Renano B. - Riesling |
|
Traminer Aromatico Rs. - Gewürztraminer |
|
Trebbiano Toscano B. - Procanico |
|
Trebbiano Toscano B. - Trebbiano |
|
Trebbiano Toscano B. - Ugni Blanc |
|
Veltliner B. - Gruner Veltliner |
|
Moscato Giallo B. - Moscatello |
|
Moscato Giallo B. - Muscat |
|
Moscato Giallo B. - Muskateller |
|
Malvasia Nera Lunga N. - Malvasia |
|
Malvasia N. - Malvasier |
|
Malvasia N. - Roter Malvasier |
|
Petit Manseng B. |
|
Portoghese N. - Blauer Portugieser |
|
Portoghese N. - Portugieser |
|
Tannat N. |
|
Tempranillo N. |
|
Viogner B. |
|
Zweigelt N. |
|
Diolinoir N. |
|
Barbera N. |
|
Bianchetta Trevigiana B. - Bianchetta |
|
Malvasia Istriana B. - Malvasia |
|
Marzemina Grossa N. - Marzemina Bastarda |
|
Marzemina Bianca B. - Marzemina |
|
Moscato Bianco B. - Gelber Muskateller |
|
Moscato Bianco B. - Moscatello |
|
Moscato Bianco B. - Moscatello |
|
Moscato Bianco B. - Moscatellone |
|
Moscato Bianco B. - Moscato |
|
Moscato Bianco B. - Muscat |
|
Moscato Bianco B. - Muskateller |
|
Glera B. - Serprino |
|
Glera Lunga B. - Glera |
|
Glera Lunga B. - Serprino |
|
Tocai Friulano B. - Tai |
|
Trevisana Nera N. |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Vigneti delle Dolomiti, il-kategoriji kollha (1, 4, 5, 6, 8, 15 u 16)
Iż-żona tħaddan Trentino, Alto Adige u l-provinċja ta’ Belluno fil-Veneto u tinsab fid-Dolomiti, firxa straordinarja ta’ muntanji u Sit ta’ Patrimonju Dinji tal-Unesco. Iż-żona primarjament hija muntanjuża jew bl-għoljiet, u l-ġeoloġija għandha varjetà kbira peress li tinkludi muntanji ta’ oriġini ġeoloġika differenti; minn dawn, id-Dolomiti jkopru l-akbar żona.
Il-klima tvarja bejn semikontinentali u tal-Alpi; l-aktar xhur kesħin huma x-xhur tax-xitwa, filwaqt li l-aktar xhur sħan huma Lulju u Awwissu. Il-preċipitazzjoni medja hija 1 000 mm/sena u d-distribuzzjoni tax-xita tipikament hija Mediterranja, fejn ix-xita tinżel l-aktar fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. Xita adegwata u kapaċità eċċellenti tal-ilma minħabba l-preżenza sinifikanti ta’ muntanji li l-borra tagħhom tkun qed tinħall ifisser li l-ħamrija fiha biżżejjed ilma. Il-ġeografija partikolari tad-Dolomiti, flimkien ma’ klima tranżitorja bejn il-klimi tal-Mediterran u tal-Alpi, toħloq ambjent uniku fiż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb tal-“Vigneti delle Dolomiti” IGT u tagħmel distinzjoni bejn l-inbejjed li jiġu prodotti hemm.
F’termini pedoloġiċi, fil-biċċa l-kbira tagħha l-ħamrija tikkonsisti minn residwi tal-ġebel tal-ġir b’kontenut għoli ta’ ġebel, li jirriżulta fi drenaġġ u ventilazzjoni tajbin. Din il-ħamrija ġeneralment tinstab fuq residwi tal-ġebel tal-ġir fiż-żoni ta’ livell medju u għoli tal-alluvjonijiet. Il-ħamrija fuq il-partijiet aktar baxxi tal-għoljiet fiha kontenut aktar baxx ta’ ġebel. F’xi żoni tal-pjanura, hemm strati ta’ “colluvium” akkumulati u ħamrija fuq depożiti moreni jew żrar tax-xmajjar. Hemm ukoll ħamrija ta’ oriġini ġeoloġika differenti, bħal fil-widien ta’ Valle di Cembra (porforitika), Val d’Isarco (matamorfika-kristallina) u l-Vallagarina ċentrali (bażaltika).
Id-dwieli u l-inbid dejjem kienu jagħmlu parti mill-wirt kulturali taż-żona, kif jintwera minn diversi sejbiet arkeoloġiċi u evidenza storika ddokumentata fuq perjodu ta’ żmien li jmur lura mill-Età tal-Bronż sal-ġurnata tal-lum. Għal diversi sekli, iż-żona sħiħa kienet ukoll parti integrali tal-Imperu Awstro-Ungeriż, u xi wħud mill-karatteristiċi amministrattivi u kulturali tal-imperu għadhom ippreservati b’mod ċar sal-lum. Matul l-elf sena li l-kultivazzjoni tad-dwieli u l-istorja tal-bniedem imxew id f’id, żviluppaw rabtiet intrinsiċi bejn dawn it-tnejn, li huma riflessi mhux biss fil-kultura lokali u fil-prattiki tradizzjonali agrikoli u tal-vinifikazzjoni, iżda wkoll f’oqsma kulturali aktar wisgħin u indiretti, bħall-arti u l-gastronomija. L-istabbiliment tal-Istitut Agrikolu San Michele all’Adige fl-1874 ħalla impatt deċiżiv u dejjiemi fuq il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid u fuq il-kultura tal-inbid b’mod ġenerali fiż-żona, filwaqt li pprovda sors straordinarju ta’ tagħlim, għarfien u edukazzjoni fis-settur. Fil-fatt, il-vitikultura moderna hija dovuta l-aktar għat-taħriġ u għad-disseminazzjoni ta’ tekniki ġodda tal-vitikultura u enoloġiċi li jintużaw minn dan l-istitut flimkien mal-iskola ta’ Conegliano. Kien hemm kontribut essenzjali wkoll mill-produtturi tal-inbid taż-żona, li introduċew proċessi u metodoloġiji tal-ġestjoni tal-vinji li jħalltu flimkien teknoloġiji tal-vinifikazzjoni ambjentalment u ekonomikament sostenibbli u innovattivi.
Vigneti delle Dolomiti, Kategorija: Inbid
Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika.
L-inbejjed il-bojod tat-tipi differenti juru firxa ta’ kuluri li tvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi, xi drabi bi ħjiel ta’ aħdar ċar jew kulur ir-ram bħal fil-każ ta’ Pinot Grigio. L-aromi fini tal-inbejjed huma kkaratterizzati mis-sottilezza tagħhom, b’togħmiet ta’ frott li ġeneralment jirriflettu l-varjetà ewlenija tal-għeneb li ntużat fl-inbid, b’mod partikolari fil-każ ta’ varjetajiet aromatiċi jew semiaromatiċi bħal Muller Thurgau u Sauvignon. It-togħma tal-inbejjed, li tvarja minn qarsa għal ħelwa, hija armonjuża, strutturata tajjeb, friska u bnina.
L-inbejjed rożè, b’mod partikolari dawk miksuba mill-varjetajiet Schiava, Merlot u Teroldego, għandhom kulur roża li jvarja fl-intensità, li jirriżulta mill-proċess tal-vinifikazzjoni. It-togħma hija friska u armonjuża, u tvarja minn xotta għal ħelwa b’aċidità bbilanċjata.
L-inbejjed il-ħomor għandhom kulur aħmar lewn ir-rubini li jvarja fl-intensità, xi drabi bi ħjiel ta’ oranġjo fil-każ ta’ nbejjed immaturati. L-aroma tagħhom ġejja mid-dwieli, b’xi drabi tkun togħma delikata ħafna jew togħma ta’ frott; skont il-varjetà tal-għeneb li ntużat biex jiġu prodotti, dawn jista’ jkollhom aromi tal-frott li jvarjaw fl-intensità u li jkunu żviluppati sew jekk l-inbid ikun immaturat. It-togħma hija armonjuża u strutturata tajjeb, u tista’ tvarja minn xotta għal ħelwa.
L-inbid aħmar “Novello” jesprimi l-aromi u t-togħmiet assoċjati mat-teknika partikolari tal-maċerazzjoni tal-karbonju li ntużat biex jiġi prodott inbid mill-għeneb. Dan isaħħaħ il-profil etiliku tal-inbid u n-noti tipiċi tal-varjetà tal-għeneb.
Il-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet tal-għeneb li jitkabbru tippermetti li jiġu sfruttati bl-aħjar mod id-diversi tipi ta’ artijiet. Il-vinji normalment jinsabu fiż-żoni bl-aktar esponiment favorevoli għax-xemx. Primarjament, il-varjetajiet tal-għeneb l-abjad jitkabbru f’żoni li jkollhom l-għoljiet, filwaqt li l-varjetajiet tal-għeneb l-aħmar li jitkabbru fil-fond tal-ħamrija fil-qiegħ tal-widien jistgħu jipproduċu nbejjed b’palat qawwi, tanniċi u bnin li jkollhom togħmiet ta’ frott misjur żviluppati sew.
Il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn binhar u billejl li huma tipiċi f’din iż-żona jikkawżaw, b’mod partikolari fil-każ tal-għeneb l-abjad, akkumulazzjoni konsiderevoli tal-prekursuri aromatiċi li jagħtu lill-inbejjed il-karatteristiċi organolettiċi partikolari tagħhom. Għalhekk, il-varjetà ta’ pożizzjonijiet u altitudnijiet tal-artijiet tipprovdi firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet differenti, li tagħmilha possibbli biex tiġi identifikata l-aktar lokalità xierqa għall-inbejjed differenti.
Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-inbejjed “Vigneti delle Dolomiti” IGT huma dovuti wkoll għal fatturi umani, b’mod partikolari l-professjonaliżmu tal-produtturi tal-inbid. Iż-żona tal-art imħawla bid-dwieli ta’ impriża għandha daqs modest ta’ madwar 1,3 ettaru. It-topografija tfisser ukoll li huma meħtieġa għadd kbir ta’ sigħat tax-xogħol (aktar minn 600) biex jiġi kkultivat ettaru ta’ vinji. Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-ħin jiġi ddedikat għal operazzjonijiet li jkollhom l-għan li jottimizzaw it-tkabbir tal-pjanti u l-maturazzjoni tal-għeneb, filwaqt li jistimolaw ir-reżistenza naturali għall-patoġeni u jnaqqsu l-użu ta’ miżuri għas-saħħa tal-pjanti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li kważi ż-żona sħiħa mħawla bid-dwieli tiġi kkultivata skont il-prinċipji tal-ġestjoni integrata, u dejjem aktar organika, tal-organiżmi ta’ ħsara. L-għeneb jintgħażel esklużivament bl-idejn.
L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali (il-klima, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u t-topografija), l-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u mit-tekniki moderni tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni, tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità li l-karatteristiċi u r-reputazzjoni tagħhom huma marbutin kemm maż-żona tal-produzzjoni kif ukoll mal-varjetajiet tal-għeneb li minnhom huma prodotti.
Vigneti delle Dolomiti, Kategoriji (4) Inbid frizzanti, (5) Inbid frizzanti ta’ kwalità, (6) Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, (8) Inbid semifrizzanti
Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika.
L-inbid frizzanti, filwaqt li għandu tradizzjoni li tmur lura sekli sħaħ, jitqies bħala l-ġojjell tal-kuruna tal-vinifikazzjoni lokali. L-attenzjoni partikolari li tittieħed matul il-fażi tat-tkabbir u tal-ħsad tal-għeneb u l-produzzjoni ta’ dawn fl-inbid ta’ bażi kif ukoll matul il-perjodu tal-fermentazzjoni sekondarja sussegwenti ġġiegħel l-inbid frizzanti jispikka minħabba l-kwalitajiet partikolari tiegħu tas-sottilezza u tal-eleganza.
Il-kwalità tal-inbejjed frizzanti hija kkaratterizzata mid-disponibbiltà tal-materja prima li toriġina miż-żoni muntanjużi tal-vitikultura, fejn l-għeneb u l-inbejjed għandhom karatteristiċi ta’ kwalità li huma ideali biex jiġi prodott dan it-tip ta’ nbid. Dawn il-karatteristiċi jikkonsistu b’mod partikolari fil-fatt li l-għeneb iżomm bilanċ tajjeb bejn il-kontenut taz-zokkor u l-aċidità, bl-għajnuna tal-varjazzjoni fit-temperatura bejn binhar u billejl, li gradwalment issir aktar evidenti hekk kif tiżdied l-altitudni tal-vinji.
Barra minn dan, il-karatterizzazzjoni tal-prodott tiddependi fuq il-firxa ristretta ta’ varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti nbejjed frizzanti.
Fir-rigward tal-“inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità”, l-interazzjoni kawżali hija dovuta wkoll għall-għażla tal-varjetà tal-għeneb, jiġifieri l-varjetà nattiva ta’ “Moscato Giallo” li tkun qed titkabbar fiż-żona, l-aromi fini li jiġu mqawwija minn proċess ta’ maturazzjoni li ma jkollux intensità għolja wisq, bl-għajnuna tal-klima sub-Alpina.
L-inbid frizzanti huwa kkaratterizzat minn ragħwa dinamika u persistenti u kulur li jvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi bi ħjiel ta’ aħdar ċar. Għandu aroma distintiva u fina bi ħjiel tal-ħmira. It-togħma hija fina, dinamika u tipika tal-varjetà tal-għeneb.
L-inbid frizzanti rożè, li primarjament jinkiseb mill-varjetà tal-għeneb ta’ Pinot Nero, huwa kkaratterizzat minn ragħwa dinamika u persistenti u minn kulur roża li jvarja fl-intensità. Għandu aroma distintiva u fina bi ħjiel tal-ħmira. It-togħma hija fina, dinamika u distintiva.
F’termini tal-kontenut taz-zokkor, it-togħma tal-inbid frizzanti, irrispettivament ikunx abjad jew rożè, tvarja minn qarsa għal ħelwa, jiġifieri bl-indikazzjoni minn “brut nature” għal “ħelwa”.
L-inbejjed semifrizzanti, irrispettivament ikunux bojod, rożè jew ħomor, jiġu distinti bil-freskezza u bid-dinamiċità tagħhom, li huma marbutin mar-rilaxx moderat tad-diossidu tal-karbonju.
Barra minn hekk, il-livell ta’ speċjalizzazzjoni li kisbu xi impriżi fil-produzzjoni tal-inbejjed semifrizzanti għamilha possibbli li jiġu rfinati t-tekniki tal-vinifikazzjoni u l-aspetti teknoloġiċi marbutin mal-fermentazzjoni sekondarja li ssir f’kontenituri kbar (awtoklavi), li tgħin biex jitjieb l-istandard tal-kwalità tal-inbejjed semifrizzanti.
Fil-fatt, l-ispeċjalizzazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni għamlitha possibbli li jiġu identifikati t-tipi ta’ varjetajiet li huma l-aktar xierqa biex jiġu pproċessati fi nbid semifrizzanti u biex titwettaq il-fermentazzjoni sekondarja permezz ta’ tagħmir li jkun fuq quddiem nett fit-teknoloġija; dawn il-karatteristiċi kkontribwew biex titjieb il-kwalità tal-prodott finali.
Il-varjetà tal-ambjenti f’termini tal-ħamrija u tal-klima tagħmilha possibbli biex jiġi sfruttat bl-aħjar mod il-potenzjal tal-varjetajiet li jkunu xierqa biex jiġu pproċessati fi nbid frizzanti. Il-vinji normalment jinsabu fiż-żoni bl-aktar esponiment favorevoli għax-xemx. Il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn binhar u billejl li huma tipiċi f’din iż-żona jikkawżaw, b’mod partikolari fil-każ tal-għeneb l-abjad, akkumulazzjoni konsiderevoli tal-prekursuri aromatiċi li jagħtu lill-inbejjed il-karatteristiċi organolettiċi partikolari tagħhom. Għalhekk, il-varjetà ta’ pożizzjonijiet u altitudnijiet tal-artijiet tipprovdi firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet differenti, li tagħmilha possibbli biex tiġi identifikata l-aktar lokalità xierqa għall-varjetajiet differenti tad-dwieli.
Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-inbejjed “Vigneti delle Dolomiti” IGT huma dovuti wkoll għal fatturi umani, b’mod partikolari l-professjonaliżmu tal-produtturi tal-inbid. Iż-żona tal-art imħawla bid-dwieli ta’ impriża għandha daqs modest ta’ madwar 1,3 ettaru. It-topografija tfisser ukoll li huma meħtieġa għadd kbir ta’ sigħat tax-xogħol (aktar minn 600) biex jiġi kkultivat ettaru ta’ vinji. Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-ħin jiġi ddedikat għal operazzjonijiet li jkollhom l-għan li jottimizzaw it-tkabbir tal-pjanti u l-maturazzjoni tal-għeneb, filwaqt li jistimolaw ir-reżistenza naturali għall-patoġeni u jnaqqsu l-użu ta’ miżuri għas-saħħa tal-pjanti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li kważi ż-żona sħiħa mħawla bid-dwieli tiġi kkultivata skont il-prinċipji tal-ġestjoni integrata, u dejjem aktar organika, tal-organiżmi ta’ ħsara. L-għeneb jintgħażel esklużivament bl-idejn.
L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali (il-varjetà tal-għeneb, il-klima, il-ħamrija), l-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u mit-tekniki moderni tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità li l-karatteristiċi u r-reputazzjoni tagħhom huma marbutin kemm maż-żona tal-produzzjoni kif ukoll mal-varjetajiet tal-għeneb li minnhom huma prodotti.
Vigneti delle Dolomiti, Kategoriji 15 - Inbid minn għeneb misjur u 16 - Inbid minn għeneb misjur iżżejjed
Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika. Il-kulur ivarja minn isfar dehbi għal ambra għall-inbejjed bojod għal roża u aħmar lewn il-granata, skont il-varjetà li tintuża. L-aroma hija delikata u distintiva b’togħmiet ta’ għeneb imqadded, xi drabi pikkanti u li jixbah l-għasel u l-frott misjur. It-togħma hija rikka, armonjuża, ta’ nbid tal-iżbib u tista’ tvarja minn qarsa għal ħelwa, minkejja li huma prevalenti tipi b’kontenut għoli taz-zokkor.
Minkejja li l-produzzjoni tal-inbejjed “Passito” tikkonċerna l-varjetajiet kollha sa ċertu punt, kemm il-varjetajiet tal-għeneb l-abjad kif ukoll l-aħmar, l-aktar varjetajiet li jintużaw b’mod frekwenti huma l-varjetajiet tal-għeneb aromatiku (Moscato Giallo, Moscato Rosa, Traminer Aromatico) u l-varjetajiet semiaromatiċi (Goldtraminer, Nosiola, Riesling Renano, Sauvignon, eċċ.).
It-tnixxif iseħħ fuq il-pjanta (inbid minn għeneb misjur iżżejjed) jew f’żoni tat-tnixxif (inbid minn għeneb imqadded). It-tul tal-perjodu tat-tisjir iżżejjed jew tat-tnixxif ivarja u jiddependi fuq l-intensità tal-karatteristiċi li l-produttur tal-inbid jixtieq jagħti lill-prodott aħħari permezz ta’ din it-teknika.
L-għeneb li jintuża biex jiġu prodotti l-inbejjed “Passito” huma identifikati mill-produttur abbażi ta’ karatteristiċi fiżiċi u ta’ kwalità speċifiċi tal-għanqud.
L-għenieqed li jkollhom struttura mifruxa, jiġifieri li jkollhom ħafna spazju bejn l-għeneb, huma partikolarment xierqa biex jitnixxfu u jintgħażlu fil-vinja fil-mument tal-ħsad.
It-tnixxif jingħata preferenza mill-varjazzjoni evidenti fit-temperatura bejn binhar u billejl, li hija partikolarment notevoli matul l-aħħar tas-sajf u l-ħarifa, u mill-irjieħ tat-Tramuntana fir-reġjun li jkunu ġejjin mill-Alpi.
Barra minn hekk, ir-riħ inqas problematiku “Òra del Garda” jonfoħ kuljum mil-Lag Garda, filwaqt li jinfirex fuq parti kbira taż-żona tal-produzzjoni u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jinħolqu l-kundizzjonijiet ottimali biex jitnixxef l-għeneb, jiġifieri kważi ventilazzjoni naturali kontinwa b’livelli ta’ umdità b’tali mod li jiġi evitat li l-għeneb jinxef malajr wisq.
L-inbejjed “Passito”, minkejja li b’mod ġenerali jiġu prodotti f’volumi baxxi, jiġu prodotti minn kważi l-kumpaniji kollha tal-ibbottiljar, li spiss jirrappreżentaw prodott “ewlieni” ta’ impriża.
L-interazzjoni kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott primarjament hija dovuta għal tliet fatturi:
— |
id-disponibbiltà tal-varjetajiet (kif speċifikat hawn fuq), li l-għeneb tagħhom huma partikolarment xierqa biex jgħaddu mill-proċess neċessarju tat-tnixxif biex jiġi prodott dan it-tip ta’ nbid; |
— |
il-varjazzjonijiet fit-temperatura u ż-żeffiet lokali perjodiċi (“Òra del Garda”) li jiffavorixxu l-preservazzjoni tal-għeneb matul il-fażi tat-tnixxif, irrispettivament isirx fuq il-pjanta jew f’żoni tat-tnixxif; |
— |
tradizzjoni qadima tal-produzzjoni tal-inbejjed “Passito” li għadha titwettaq permezz ta’ tekniki li ngħaddu matul is-sekli. |
Il-varjetà tal-ambjenti f’termini tal-ħamrija u tal-klima tagħmilha possibbli biex jiġi sfruttat bl-aħjar mod il-potenzjal tal-varjetajiet tal-għeneb li jkunu l-aktar xierqa biex jgħaddu mill-proċess tat-tnixxif. Il-vinji normalment jinsabu fiż-żoni bl-aktar esponiment favorevoli għax-xemx. Il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn binhar u billejl li huma tipiċi f’din iż-żona jikkawżaw, b’mod partikolari fil-każ tal-għeneb l-abjad, akkumulazzjoni konsiderevoli tal-prekursuri aromatiċi li jagħtu lill-inbejjed il-karatteristiċi organolettiċi partikolari tagħhom. Għalhekk, il-varjetà ta’ pożizzjonijiet u altitudnijiet tal-artijiet tipprovdi firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet differenti, li tagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-aktar lokalità xierqa għall-varjetajiet differenti tad-dwieli.
Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-inbejjed “Vigneti delle Dolomiti” IGT huma dovuti wkoll għal fatturi umani, b’mod partikolari l-professjonaliżmu tal-produtturi tal-inbid. Iż-żona tal-art imħawla bid-dwieli ta’ impriża għandha daqs modest ta’ madwar 1,3 ettaru. It-topografija tfisser ukoll li huma meħtieġa għadd kbir ta’ sigħat tax-xogħol (aktar minn 600) biex jiġi kkultivat ettaru ta’ vinji. Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-ħin jiġi ddedikat għal operazzjonijiet li jkollhom l-għan li jottimizzaw it-tkabbir tal-pjanti u l-maturazzjoni tal-għeneb, filwaqt li jistimolaw ir-reżistenza naturali għall-patoġeni u jnaqqsu l-użu ta’ miżuri għas-saħħa tal-pjanti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li kważi ż-żona sħiħa mħawla bid-dwieli tiġi kkultivata skont il-prinċipji tal-ġestjoni integrata, u dejjem aktar organika, tal-organiżmi ta’ ħsara. L-għeneb jintgħażel esklużivament bl-idejn.
L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali (il-varjetà tal-għeneb, il-klima, il-ħamrija), l-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u mit-tekniki moderni tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità li l-karatteristiċi u r-reputazzjoni tagħhom huma marbutin kemm maż-żona tal-produzzjoni kif ukoll mal-varjetajiet tal-għeneb li minnhom huma prodotti.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Derogi dwar iż-żona tal-vinifikazzjoni u l-ipproċessar f’inbid semifrizzanti u frizzanti
Qafas ġuridiku: Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali: Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika identifikata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE, il-vinifikazzjoni u l-ipproċessar fi nbid semifrizzanti u frizzanti jistgħu jitwettqu wkoll fir-reġjuni tal-viċinat tal-Veneto u tal-Lombardia, sakemm l-impriżi kkonċernati jkunu jistgħu juru tradizzjoni mingħajr waqfien tal-produzzjoni ta’ nbejjed tal-IĠP “Vigneti delle Dolomiti” matul l-aħħar ħames snin tal-għasra.
Il-possibbiltà li l-inbid jiġi pproċessat f’inbid frizzanti u semifrizzanti fir-reġjuni tal-viċinat hija ġġustifikata u konsistenti mal-fatt li l-proċessi normali tal-vinifikazzjoni jistgħu jitwettqu f’dawn ir-reġjuni. Dawn il-proċessi ma jitqisux bħala stadji ta’ wara l-vinifikazzjoni, iżda minflok bħala parti integrali tal-produzzjoni tal-inbid, u għalhekk jistgħu jitwettqu biss fiż-żona tal-produzzjoni tal-inbid identifikata.
Din id-deroga hija bbażata fuq tradizzjoni stabbilita sew, u tippermetti lill-produtturi kkonċernati jużaw ukoll impjanti tal-ipproċessar li jinsabu fl-unitajiet amministrattivi msemmija qabel li jmissu maż-żona tal-produzzjoni.
Indikazzjoni tal-isem tal-varjetà tal-għeneb fuq it-tikketta
Qafas ġuridiku: Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali: Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
It-tikketti tal-inbejjed fil-kategoriji “Inbid” u “Inbid semifrizzanti” li jkollhom l-IĠP “Vigneti delle Dolomiti” jistgħu juru l-isem ta’ varjetà waħda jew żewġ varjetajiet tal-għeneb li minnhom jinkisbu l-inbejjed.
Madankollu, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE, l-użu tal-isem tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb fit-tikkettar u fil-preżentazzjoni huwa pprojbit fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
Għall-kategoriji tal-inbid “Inbid minn għeneb imqadded” u “Inbid minn għeneb misjur iżżejjed”, inklużi dawk deskritti bħala “Vino Passito” jew “Passito”; |
(b) |
Għall-kategoriji “Inbid” u “Inbid semifrizzanti”, limitati għall-varjetajiet li ġejjin: - għall-inbejjed tal-provinċja ta’ Bolzano: Lagrein, Riesling Italico, Riesling Renano, Traminer Aromatico, Veltliner; - għall-inbejjed tal-provinċja ta’ Trento: Lagrein, Marzemino, Meunier, Negrara, Riesling Italico, Riesling Renano, Traminer Aromatico, Trebbiano Toscano, Veltliner. |
Barra minn hekk, għall-kategoriji “Inbid frizzanti” u “Inbid frizzanti ta’ kwalità”, tista’ ssir referenza fuq it-tikketta lil varjetà waħda jew lil żewġ varjetajiet, limitati għal dawn li ġejjin: Chardonnay, Pinot Bianco, Pinot Grigio, Pinot Nero u Müller Thurgau; u għall-kategorija “Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità”, jista’ jintuża biss l-isem tal-varjetà Moscato Giallo fuq it-tikketta.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/12936