EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AR3594

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

COR 2018/03594

ĠU C 86, 7.3.2019, p. 115–136 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/115


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

(2019/C 86/08)

Relatur:

Michiel RIJSBERMAN (NL/ALDE), Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Flevoland

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

COM(2018) 372 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta’ segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta’ Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l- promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta’ segregazzjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu r-rwol importanti li taqdi l-kultura fil-koeżjoni soċjali tal-Ewropa, f’konformità mad-Dikjarazzjoni Universali tal-Unesco dwar id-Diversità Kulturali u r-rwol li l-kultura u s-settur kreattiv jistgħu jaqdu fir-rikonċiljazzjoni ta’ tensjonijiet ċivili.

 

Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta’ Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, partikolarment f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġu implimentati il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll il- promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Raġuni

Mhux applikabbli

Emenda 2

Żid Premessa ġdida wara Premessa 5:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lura milli jżidu regoli li jikkomplikaw l-użu tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-benefiċjarju

Emenda 3

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta’ mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennija li jikkontribwixxu għal 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta’ Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-objettivi tal-klima.

Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta’ mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennija li jikkontribwixxu għal 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta’ Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-objettivi tal-klima.

 

Dawn il-perċentwali jeħtieġ jiġu rispettati tul il-perjodu ta’ programmazzjoni kollu.

Għaldaqstant, l-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-fondi, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti. Dawn l-azzjonijiet u l-allokazzjoni finanzjarja riżervata għall-implimentazzjoni tagħhom iridu jiġu inklużi fil-pjani nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima skont l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid] u mehmuża mal-programmi operazzjonali.

Raġuni

L-ilħuq tal-għanijiet ta’ Pariġi se jirrappreżenta sfida ewlenija għall-Ewropa. Il-KtR stabbilixxa objettivi ambizzjużi ħafna għall-klima f’Opinjonijiet preċedenti u jinnota li l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni huma l-istrumenti finanzjarji ewlenin fil-baġit tal-UE mmirati biex jikkontribwixxu għall-objettivi tal-klima. L-UE impenjat ruħha għall-miri ta’ Pariġi. Minħabba l-imprevedibbiltà kkawżata min-natura flessibbli tal-allokazzjonijiet għad-diversi objettivi ta’ politika, il-“kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni orizzontali” tal-Politika ta’ Koeżjoni għandhom jinkludu r-rekwiżit li l-Istati Membri jwettqu l-obbligi li joriġinaw mill-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, fil-pjani nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima; dawn għandhom tal-inqas jiġu mmonitorjati mill-qrib tul il-perjodu ta’ programmazzjoni kollu sabiex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet għall-objettivi dwar il-klima għadhom mixjin sew.

Emenda 4

Premessa ġdida wara l-premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-FEŻR għandu jsaħħaħ l-appoġġ dirett tiegħu lill-gvernijiet sottonazzjonali billi jiżgura finanzjament imtejjeb u strumenti mfassla apposta għall-iżvilupp territorjali li jagħtu spinta lill-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti fil-prattika.

Raġuni

Huma biss l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima li jissemmew fil-premessi. Din l-emenda tiżgura koerenza ikbar mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE bit-titolu “A sustainable European future: The EU response to the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Futur Ewropew sostenibbli: Ir-rispons tal-UE għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) rigward il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli kollha fil-prattika.

Emenda 5

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta’ politika ta’ “Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva” u “Ewropa ekoloġika, b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju”. Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta’ Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv . Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b’kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta’ politika ta’ “Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva” u “Ewropa ekoloġika, b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju”. Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell reġjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet kategoriji ta’ reġjuni ffurmati skont il-prodott domestiku gross reġjonali . Biex jiffaċilitaw il-flessibbiltà bejn ir-reġjuni, l-Istati Membri jistgħu jitolbu, fuq talba mir-reġjuni kkonċernati, li l-konċentrazzjoni tematika tiġi kkalkulata għal taħlita ta’ reġjuni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lir-reġjuni tiġi stabbilita bir-reqqa b’kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li ġġib il-Premessa 17 f’konformità mal-Emenda 7 għall-Artikolu 3 b’rabta mal-konċentrazzjoni tematika.

Il-mekkaniżmu propost ta’ allokazzjoni ċentralizzata kien punt ta’ tħassib li tqajjem mill-parti l-kbira tal-partijiet interessati reġjonali (KtR, AER, CPMR, CEMR). Biex nagħtu eżempju, taħt ir-regoli ta’ konċentrazzjoni tematika nazzjonali, ir-reġjuni “fi tranżizzjoni” (reġjuni bi proporzjon ta’ dħul nazzjonali gross ta’ 75 % jew aktar u inqas minn 100 % tal-medja tal-UE – “grupp 2”) jista’ jkun li bi żball jaqgħu taħt regoli aktar stretti jekk jinsabu fi Stat Membru b’rata ta’ dħul nazzjonali gross ta’ 100 % jew aktar tal-medja tal-UE (“grupp 1”).

Dan imur kontra l-approċċ ibbażat fuq il-post tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-flessibbiltà intiża tagħha u b’hekk jagħmel il-proposta kontroproduttiva. Għalhekk, il-KtR jipproponi li jerġa’ lura għas-sistema ta’ allokazzjoni reġjonali attwali, filwaqt li tingħata flessibilità sabiex il-konċentrazzjoni tematika tiġi rregolata skont il-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet tar-reġjuni.

Emenda 6

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta’ programmar, inkluż fil-każ ta’ trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi.

Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni u b’konformità mal-objettivi ta’ koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali stipulati fl-Artikolu 174 , huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta’ programmar, inkluż fil-każ ta’ trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi.

Emenda 7

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   F’konformità mal-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

1.   F’konformità mal-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

“Ewropa iktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti” (“PO 1”) permezz:

(a)

“Ewropa iktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti” (“PO 1”) permezz:

 

(i)

tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati;

 

(i)

tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati;

 

(ii)

tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet;

 

(ii)

tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet;

 

(iii)

tat-tijib tat-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs;

 

(iii)

tat-tijib tat-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs;

 

(iv)

l-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija;

 

(iv)

l-iżvilupp ta’ ħiliet u l-appoġġ għall-attivitajiet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija;

(b)

“ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju (“PO 2”) permezz

(b)

“ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta mobilità urbana sostenibbli , investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju (“PO 2”) permezz:

 

(i)

tal-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika;

 

(i)

tal-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika, b’kont meħud li l-faqar enerġetiku ma għandux jiżdied;

 

(ii)

tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

 

(ii)

tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

 

(iii)

tal-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna fil-livell lokali;

 

(iii)

tal-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna fil-livell lokali;

 

(iv)

tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u  r-reżiljenza għad-diżastri;

 

(iv)

tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji , inkluż il-prevenzjoni ta’ dawk siżmiċi, u l-promozzjoni tar-reżiljenza għad-diżastri u l-avvenimenti ta’ temp estrem ;

 

(v)

tal-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;

 

(v)

tal-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;

 

(vi)

tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

 

(vi)

tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

 

(vii)

tat-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġis;

 

(vii)

tat-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u rurali u t-tnaqqis tat-tniġġis;

 

 

(viii)

il-promozzjoni ta’ mobilità urbana sostenibbli;

(c)

“Ewropa iktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobilità u l-konnettività tal-ICT reġjonali” (“PO 3”) permezz:

(c)

“Ewropa iktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobilità u l-konnettività tal-ICT reġjonali” (“PO 3”) permezz:

 

(i)

tat-titjib tal-konnettività diġitali;

 

(i)

tat-titjib tal-konnettività diġitali;

 

(ii)

tal-iżvilupp sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali tat-TEN-T;

 

(ii)

tal-iżvilupp sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali tat-TEN-T;

 

(iii)

tal-iżvilupp ta’ mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobilità transfruntiera;

 

(iii)

tal-iżvilupp ta’ mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż iċ-ċikliżmu u inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobilità transfruntiera;

 

(iv)

tal-promozzjni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

 

(d)

“Ewropa aktar soċjali bl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (“PO 4”) billi:

(d)

“Ewropa aktar soċjali bl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (“PO 4”) billi:

 

(i)

jissaħħu l-effettività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali u l-infrastruttura;

 

(i)

jissaħħu l-effettività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali u l-infrastruttura;

 

(ii)

jittejjeb l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura;

 

(ii)

jittejjeb l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura;

 

(iii)

tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

 

(iii)

tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

 

(iv)

jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja;

 

(iv)

jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura ta’ assi tal-kura tas-saħħa, inkluża kura primarja;

 

 

(v)

jingħata appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta’ komunitajiet demografikament u ġeografikament imċaħħda li jinsabu f’żoni urbani u rurali.

(e)

“Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali permezz ta’ inizjattivi lokali” (“PO 5”) permezz:

(e)

“Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali permezz ta’ inizjattivi lokali” (“PO 5”) permezz:

 

(i)

tat-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomika u ambjentali, il-wirt kulturali u s-sigurtà fiż-żoni urbani;

 

(i)

tat-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomika u ambjentali, il-kultura inkluż il-wirt kulturali u s-sigurtà fiż- żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali;

 

(ii)

trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta’ żvilupp lokali, il-wirt kulturali u s-sigurtà, inkluż għal żoni rurali u kostali kif ukoll permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

 

(ii)

trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta’ żvilupp lokali, il-wirt kulturali u s-sigurtà, inkluż għal żoni rurali , reġjuni muntanjużi, żoni skarsament popolati, gżejjer żoni kostali kif ukoll tipi oħra ta’ territorji wkoll immirati permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

 

 

(iii)

ta’ appoġġ għall-bini ta’ kapaċità tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali għal-lokalizzazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli permezz tal-iżgurar ta’ strumenti mfassla apposta għall-iżvilupp territorjali u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni fil-prattika.

(iv)

ta’ appoġġ għal żvilupp territorjali integrat fiż-żoni b’indiċijiet għolja ta’ tixjiħ, karattru rurali u d-depopolazzjoni, għat-titjib tal-infrastruttura tagħhom tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, l-eliminazzjoni tad-distakk diġitali (inkluż bejn il-ġenerazzjonijiet) u t-titjib tas-servizzi pubbliċi, inklużi t-tagħlim elettroniku u s-servizzi tas-saħħa elettroniċi;

2.   Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jsostni PO 2 u għanijiet speċifiċi taħt PO 3 stabbiliti fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-paragrafu 1 (c).

2.   Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jsostni PO 2 u għanijiet speċifiċi taħt PO 3 stabbiliti fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-paragrafu 1 (c).

3   Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta’ Koeżjoni, kif xieraq, jista’ wkoll jappoġġa l-attivitajiet taħt l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, fejn jew:

3   Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta’ Koeżjoni, kif xieraq, jista’ wkoll jappoġġa l-attivitajiet taħt l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, fejn jew:

(a)

itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi;

(a)

itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi;

 

 

(i)

azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità maħsuba għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jirċievu fondi addizzjonali mill-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/xxx [Programm ta’ Appoġġ għal Riformi];

(ii)

il-bini ta’ kapaċità jista’ jingħata kofinanzjament addizzjonali permezz tar-Regolament (UE) 2018/xxx [FAEŻR] u jista’ jsir b’mod konġunt man-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD), b’mod partikolari rigward rabtiet bejn l-ispazju urban u dak rurali u proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ żoni urbani u żoni urbani funzjonali.

(b)

isaħħu l-kooperazzjoni mal-imsieħba ġewwa u barra minn Stat Membru speċifiku.

(b)

isaħħu l-kooperazzjoni mal-imsieħba ġewwa u barra minn Stat Membru speċifiku.

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma’ msieħba minn reġjuni transkonfinali, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni tagħhom.

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma’ msieħba minn reġjuni transkonfinali, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni tagħhom.

Raġuni

Fis-snin reċenti, il-fondi tal-Inizjattiva Ewropea ta’ Stabbiltà (ESI) ġew indirizzati lejn il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura fuq skala żgħira li tipprovdi “servizzi ta’ rekreazzjoni” bil-għan li tippromovi l-inklużjoni soċjali u tikkumbatti l-faqar fiż-żoni rurali u dawk urbani. Barra minn hekk, ir-Regolament futur dwar il-FEŻR jenħtieġ li jibqa’ jagħmel referenza espliċita għall-ħtieġa ta’ investimenti fl-infrastruttura fiżika għar-riġenerazzjoni ta’ komunitajiet imċaħħda, bħal infrastrutturi sportivi.

Ukoll, l-Objettiv ta’ Politika 5 jenħtieġ li jestendi l-enfasi territorjali lejn it-tipi kollha ta’ territorju (inklużi l-livell sottoreġjonali u ż-żoni funzjonali) kif ukoll lejn kwalunkwe territorju bi speċifiċitajiet ġeografiċi.

Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-FEŻR isaħħaħ l-appoġġ dirett tiegħu lill-gvernijiet sottonazzjonali billi jiżgura finanzjar imtejjeb u strumenti apposta għall-iżvilupp territorjali li jmexxu ’l quddiem l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fuq il-post. F’dan ir-rigward, wieħed irid iqis il-fatt li l-lokalizzazzjoni tal-SDGs hija proċess politiku li jinkludi responsabbilizzazzjoni tal-gvernijiet sottonazzjonali biex jieħdu azzjoni. B’hekk, il-bini ta’ kapaċità tal-amministrazzjoni lokali għall-SDGs jenħtieġ li jiġi appoġġat permezz tal-baġit għall-assistenza teknika tal-FEŻR li jiġi allokat lil PO 5.

Emenda 8

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

B’konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid], kull Stat Membru għandu jiżgura l-parteċipazzjoni adegwata tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fit-tħejjija tal-ftehimiet ta’ sħubija u fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Raġuni

Huwa importanti li l-prinċipju tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli jkunu koperti u ggarantiti fl-oqsma ta’ politika kollha tal-Politika ta’ Koeżjoni, b’mod partikolari minħabba t-tħassib rigward iċ-ċentralizzazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fost il-partijiet interessati lokali u reġjonali.

Din l-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ il-prinċipju tas-sħubija billi tinkludih fir-Regolament dwar il-FEŻR u l-FK filwaqt li ġġibu f’konformità mal-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) 2018/xxx [FSE+] u l-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

Emenda 9

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Fir-rigward ta’ programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR f’kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fuq livell nazzjonali skont il-paragrafi 3 u 4.

1.   Fir-rigward ta’ programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR f’kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fuq livell reġjonali skont l-Artikolu 102(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] kif ġej:

 

(a)

fir-reġjuni aktar żviluppati, mill-inqas 85 % tat-total tal-FEŻR fil-livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għal prijoritajiet differenti mill-assistenza teknika għal PO 1 u PO 2, u mill-inqas 30 % għal PO 2;

 

(b)

fir-reġjuni fi tranżizzjoni, mill-inqas 45 % tat-total tar-riżorsi tagħhom tal-FEŻR fil-livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għal prijoritajiet differenti mill-assistenza teknika għal PO 1, u mill-inqas 30 % għal PO 2;

 

(c)

fir-reġjuni inqas żviluppati, mill-inqas 35 % tat-total tar-riżorsi tagħhom tal-FEŻR fil-livell nazzjonali għandhom jiġu allokati lil prijoritajiet differenti mill-assistenza teknika għal PO 1, u mill-inqas 30 % għal PO 2;

2.    Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika ta’ appoġġ għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ultraperiferiċi, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod separat.

2.   Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jitqiesu reġjuni inqas żviluppati .

3     L-Istati Membri għandhom ikunu klassifikati, f’termini ta’ proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tagħhom, kif ġej:

3.    Ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu segwiti matul il-perjodu kollu ta’ programmar, inkluż meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

(a)

dawk b’introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE (“grupp 1”);

(b)

dawk b’introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 75 % u anqas 100 % tal-medja tal-UE (“grupp 2”);

(c)

dawk b’introjtu nazzjonali gross anqas minn 75 % tal-medja tal-UE (“grupp 3”);

 

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali per capita tal-Istat Membru, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2016 sal-2016, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta’ 27 Stati Membri għal dak l-istess perjodu ta’ referenza.

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

 

4 .    L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika li ġejjin:

4 .   Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta’ PO 1 jew PO 2, jew it-tnejn, ta’ programm partikolari hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 2 ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid.

(a)

L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 85 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 60 % għal PO 1;

(b)

L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 45 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

(c)

L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.

4.a.     F’każijiet debitament iġġustifikati l-Istati Membri f’konsultazzjoni mar-reġjuni kkonċernati jistgħu jitolbu għal tnaqqis tar-rata ta’ konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategoriji ta’ reġjuni, sa massimu ta’ 10 %.

5.    Ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika stipulati fil-paragrafu 4 għandhom jiġu segwiti matul il-perjodu kollu ta’ programmar, inkluż meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

 

6.    Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta’ PO 1 jew PO 2, jew it-tnejn, ta’ programm partikolari hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 4 ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid.

 

Raġuni

(1)

Il-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ċentralizzata kien punt ta’ tħassib li tqajjem mill-parti l-kbira tal-partijiet interessati reġjonali (KtR, AER, CPMR, CEMR). Dan imur kontra l-approċċ ibbażat fuq il-post tal-Politika ta’ Koeżjoni.

(2)

Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jitqiesu bħala reġjuni inqas żviluppati, minħabba l-problemi speċifiċi li huma għandhom bżonn jindirizzaw.

(3)

Is-sistema tal-konċentrazzjoni tematika għandha tinkludi marġni ta’ flessibilità għall-partikolaritajiet nazzjonali u reġjonali sabiex jiġi evitat li kategoriji simili tar-reġjuni Ewropej ikollhom jikkonċentraw il-Fondi b’mod differenti minħabba l-ING tal-Istati Membri tagħhom.

Emenda 10

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fl-infrastruttura;

(a)

investimenti fl-infrastruttura;

(b)

investimenti fl-aċċess għas-servizzi;

(b)

investimenti fl-aċċess għas-servizzi;

(c)

investimenti produttivi fl-SMEs;

(c)

investimenti produttivi fl-SMEs;

(d)

tagħmir, softwer u assi intanġibbli;

(d)

tagħmir, softwer u assi intanġibbli;

(e)

informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi;

(e)

informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi;

(f)

assistenza teknika.

(f)

assistenza teknika.

Barra minn hekk, l-investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs jistgħu jiġu appoġġati meta dawn ikunu jinvolvu kooperazzjoni ma’ SMEs f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1).

L-investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs jistgħu jiġu appoġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1) jew f’infrastruttura ta’ negozju li hija ta’ benefiċċju għall-SMEs.

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a) (iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet edukattivi.

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a) (iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet edukattivi.

2.   Taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR jista’ jappoġġa wkoll:

2.   Taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR jista’ jappoġġa wkoll:

(a)

kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi umani;

(a)

kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi umani u ta’ kull tip ta’ infrastruttura minn naħa għall-oħra tal-fruntieri fir-reġjuni kollha ;

(b)

investimenti moderati ta’ akkumpanjament u attivitajiet oħra marbuta ma’ OP 4 taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ESF+ il-ġdid].

(b)

investimenti moderati ta’ akkumpanjament u attivitajiet oħra marbuta ma’ OP 4 taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ESF+ il-ġdid].

Raġuni

Għandu jiġi nnutat li l-ammissjoni f’PO 1 tal-investimenti ta’produzzjoni u l-appoġġ ta’ infrastruttura tan-negozju biss fis-settur tal-SMEs (jew b’kooperazzjoni mal-SMEs) huma restrittivi wisq. B’mod partikolari, mhumiex iġġustifikati fid-dawl ta’ konċentrazzjoni għolja tal-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni fuq l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati, fejn il-preżenza ta’ entitajiet bl-istatus ta’ impriża kbira fil-katalogu ta’ riċevituri/benefiċjarji hija neċessità (inkluż kumpaniji spin-off).

Emenda 11

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw:

1.   Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw:

(a)

id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

(a)

id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)

l-investiment għall-kisba ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b)

l-investiment għall-kisba ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)

il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;

(c)

il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;

(d)

awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014;

(d)

awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014;

(e)

investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda;

(e)

investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti ħlief b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent jew jekk ikun ikkumpanjat minn investiment meħtieġ biex jittaffa jew jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tiegħu u minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda;

(f)

l-investiment f’rimi ta’ skart f’landfill;

(f)

l-investiment f’rimi ta’ skart f’landfill;

(g)

l-investimenti f’faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwali;

(g)

l-investimenti f’faċilitajiet għat-trattament finali tal-iskart residwali (mhux miġbur separatament, imħallat) li ma jikkonformax mal-ġerarkija tal-iskart skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2018/851, u minbarra r-reġjuni l-iktar imbiegħda f’ċerti każijiet debitament sostanzjati;

(h)

l-investimenti marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ investiment relatat ma’ vetturi nodfa kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(h)

l-investimenti marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ investiment relatat ma’ vetturi nodfa kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(i)

l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband f’żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta’ kategorija ekwivalenti;

(i)

l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband f’żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta’ kategorija ekwivalenti;

(j)

finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:

(j)

finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:

 

(i)

rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 kif emendat;

 

(i)

rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 kif emendat;

 

(ii)

il-provvista ta’ servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE].

 

(ii)

il-provvista ta’ servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE].

 

(k)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta’ esklużjoni soċjali jew diskriminazzjoni.

2.   Barra dan, il-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f’akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli.

2.   Barra dan, il-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f’akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli.

3.   Pajjiżi u territorji barranin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, iżda jistgħu jieħdu sehem fil-programmi Interreg f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ETC (Interreg].

3.   Pajjiżi u territorji barranin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, iżda jistgħu jieħdu sehem fil-programmi Interreg f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ETC (Interreg].

Raġuni

Rigward 1. (e) Il-KtR jissuġġerixxi li jitqiesu l-aspetti klimatiċi u ambjentali tal-infrastruttura tal-ajruporti kif stipulati fir-Regolament attwali (UE) Nru 1301/2013 [FEŻR].

Rigward 1. (g) Kjarifika rigward l-iskart “residwali”.

Rigward 1. (k) Il-Premessa (5) tar-Regolament dwar l-FEŻR tistipula l-prinċipji, inklużi dawk tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni, li għandhom jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. Il-Fondi ma għandhomx jappoġġaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta’ segregazzjoni. Madankollu, dan il-prinċipju ma jibqax inkluż fl-Artikoli tar-Regolament, b’differenza mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. Il-KtR jixtieq jiżgura li l-Istati Membri jirrispettaw dawn l-obbligi.

Emenda 12

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEŻR jista’ jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] skont il-Kapitolu II tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid].

1.   Il-FEŻR jista’ jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] skont il-Kapitolu II tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid].

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, esklussivament permezz tal-formoli msemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, inkluż permezz tal-formoli msemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid]. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ approċċ b’fondi multipli mal-ESF+ u jiġi artikulat, fejn xieraq, mal-FAEŻR u l-FEMS.

Raġuni

F’xi Stati Membri, forom oħrajn ta’ żvilupp territorjali integrat kienu implimentati b’suċċess fil-passat. Mhuwiex ċar għaliex l-użu futur ta’ dawn il-forom għandu jkun eskluż fil-futur.

Emenda 13

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f’konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat fuq żoni urbani (“żvilupp urban sostenibbli”) fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f’konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat fuq żoni urbani (“żvilupp urban sostenibbli”) fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Mill-inqas 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO5.

2.   Mill-inqas 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO5.

 

Dan il-minimu ta’ 6 % allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ operazzjonijiet abbażi ta’ PO5 kif ukoll mill-objettivi ta’ politika speċifiċi 1-4 kif elenkati fl-Anness 1.

Il-programm jew il-programmi kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-ammonti ppjanati għal dan il-għan taħt il-punt (d) (vii) tal-Artikolu [17(3)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

Il-programm jew il-programmi kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-ammonti ppjanati għal dan il-għan taħt il-punt (d) (vii) tal-Artikolu [17(3)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

3.   Il-perċentwal allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli taħt il-paragrafu 2 għandu jiġi segwit matul il-perjodu kollu ta’ programmar, meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

3.   Il-perċentwal allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli taħt il-paragrafu 2 għandu jiġi segwit matul il-perjodu kollu ta’ programmar, meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

4.   Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) Nru [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dak ir-Regolament, il-konformità mal-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi vvalutata mill-ġdid.

4.   Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dak ir-Regolament, il-konformità mal-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi vvalutata mill-ġdid.

Raġuni

Kjarifika. Dan il-punt huwa diġà msemmi fir-Regolament f’nota f’qiegħ il-paġna għall-Anness 1, iżda jkun aktar ċar jekk jissemma fl-Artikoli.

Emenda 14

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f’ġestjoni diretta u  indiretta .

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f’ġestjoni diretta u  kondiviża .

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani kollha u għandha l-appoġġ tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni.

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani kollha u għandha l-appoġġ tas-sħubijiet u l-infiq organizzattiv tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni.

2.   L-Inizjattiva Urbana Ewropea għandha tikkonsisti f’dawn it-tliet oqsma li ġejjin, ilkoll fir-rigward tal-iżvilupp urban sostenibbli:

2.   L-Inizjattiva Urbana Ewropea għandha tikkonsisti f’dawn it-tliet oqsma li ġejjin, ilkoll fir-rigward tal-iżvilupp urban sostenibbli:

(a)

appoġġ għall-bini ta’ kapaċità;

(a)

appoġġ għall-bini ta’ kapaċità , inkluż programm ta’ skambju għar-rappreżentanti lokali (Erasmus għar-rappreżentanti lokali u reġjonali) ;

(b)

appoġġ għal azzjonijiet innovattivi;

(b)

appoġġ għal azzjonijiet innovattivi;

(c)

appoġġ għall-għarfien, l-iżvilupp ta’ politika u l-komunikazzjoni.

(c)

appoġġ għall-għarfien, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, l-iżvilupp ta’ politika u l-komunikazzjoni.

Meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista’ tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani.

Meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista’ tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani , bħall-Qafas ta’ Referenza għal Bliet Sostenibbli u l-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea , u l-lokalizzazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU .

Raġuni

Hemm proliferazzjoni ta’ skemi lokali, urbani u sottoreġjonali, ta’ żvilupp, innovazzjoni u bini ta’ kapaċità li ta’ spiss ikunu maqtugħin għalihom jew mhux iffinanzjati biżżejjed. Jekk dawk jinġabru taħt l-istess kappa u jingħaqdu ma’ inizjattivi relatati barra mill-qafas regolatorju tal-FSIE, dan se jiggarantixxi aktar konsistenza, se jevita duplikazzjoni bejniethom u se jiżgura l-influwenza reċiproka ta’ xulxin. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-benefiċjarji finali, l-awtoritajiet lokali, jirċievu fil-fatt il-parti l-kbira tal-fondi għall-bini ta’ kapaċità, ħaġa li mhijiex il-każ tas-sitwazzjoni attwali rigward TO 9 u l-Assistenza Teknika.

Emenda 15

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f’dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

1.   L-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f’dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE. L-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-iktar imbiegħda għandha tiġi eskluża mill-konċentrazzjoni tematika.

2.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tappoġġa:

2.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tappoġġa:

(a)

l-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 4;

(a)

l-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 4;

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, miżuri li jkopru l-ispejjeż operattivi bil-għan li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, miżuri li jkopru l-ispejjeż operattivi bil-għan li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tappoġġa wkoll in-nefqa li tkopri kumpens mogħti għall-provvediment ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni ultraperiferiċi.

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tappoġġa wkoll in-nefqa li tkopri kumpens mogħti għall-provvediment ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni ultraperiferiċi.

3.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tappoġġa:

3.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tappoġġa:

(a)

operazzjonijiet li jinvolvu l-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

(a)

operazzjonijiet li jinvolvu l-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

(b)

għajnuna għat-trasport ta’ persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;

(b)

għajnuna għat-trasport ta’ persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;

(c)

eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali.

(c)

eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali.

(d)

obbligi ta’ servizz pubbliku mhux rilaxxati minn impriżi u fejn l-Istat jaġixxi billi jeżerċita setgħa pubblika.

(d)

obbligi ta’ servizz pubbliku mhux rilaxxati minn impriżi u fejn l-Istat jaġixxi billi jeżerċita setgħa pubblika.

 

4 .    B’deroga mill-Artikolu 4, l-FEŻR jista’ jappoġġa investiment produttiv fl-impriżi fir-reġjuni ultraperiferiċi, irrispettivament mid-daqs ta’ dawk l-intrapriżi.

Raġuni

Minħabba n-natura speċifika tar-reġjuni ultraperifieriċi, appoġġ li jiffavorixxi biss lill-SMEs jista’ jkun li jħalli effett ta’ ingranaġġ limitat biss.

Emenda 16

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi

Fil-programmi kkofinanzjati mill-FEŻR li jkopru żoni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 174 tat-TFUE, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet speċifiċi ta’ dawn iż-żoni.

B’mod partikolari, iż-żoni NUTS III b’popolazzjoni ta’ inqas minn 12,5 abitant/km2 jew b’medja ta’ tnaqqis annwali tal-popolazzjoni li taqbeż il-1 % mill-2007 ’il quddiem għandhom ikunu soġġetti għal pjani reġjonali u nazzjonali speċifiċi biex jiġu attirati aktar nies lejn ir-reġjun u jiġu inkoraġġiti jibqgħu joqogħdu hemm kif ukoll biex jiżdiedu l-investimenti kummerċjali u l-aċċessibbiltà tas-servizzi diġitali u pubbliċi, inkluż finanzjament apposta bħala parti mill-ftehim ta’ sħubija.

Raġuni

Dan l-Artikolu l-ġdid ikopri kemm iż-żoni skarsament popolati kif ukoll, f’sens usa’, iż-żoni sottoreġjonali kollha koperti mill-Artikolu 174 tal-bqija tal-EU27. Madankollu, jeħtieġ li jiġu identifikati allokazzjonijiet tal-FEŻR finanzjarjament maniġġabbli, mingħajr dupplikazzjoni ma’ dawk li xi reġjuni diġà qed jirċievu.

Għalhekk, il-formula proposta tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà rigward

NUTS III (peress li din ta’ spiss tkun problema sottoreġjonali aktar milli waħda reġjonali fil-livell NUTS II, u l-mapep attwali jaħbuha).

jew 12,5 abitant/km2 (bħaż-żoni tal-periferija tat-Tramuntana)

jew tnaqqis nett tal-popolazzjoni (jiġifieri kemm depopolazzjoni kif ukoll sempliċement imwiet tal-popolazzjoni nattiva) mill-2007, peress li bejn wieħed u ieħor, dan huwa l-punt meta bdew il-kriżi finanzjarja kif ukoll il-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti).

Din il-proposta toħloq obbligu biex il-Kummissjoni tinkludiha bħala waħda mill-proposti tagħha lill-Istat Membru rilevanti fid-dokumenti ta’ pożizzjoni tagħhom, li jniedu n-negozjati tal-ftehim ta’ sħubija ma’ kull Stat Membru.

Data u mappa mill-Uffiċċju Federali għall-Kostruzzjoni u l-Ippjanar tat-Territorju (BBR) tal-Ġermanja

http://bit.ly/2KItBya.

Emenda 17

ANNESS I

Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni – l-Artikolu 7(1)

Tabella 1: Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR (Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni**

Jiżdiedu indikaturi komuni ġodda ta’ riżultati (RCR)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

RCR 26 – Konsum finali annwali tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCR 26 – % tal-iffrankar annwali tal-enerġija għall-istokk kollu tal-bini (meta mqabbel ma’ linja bażi) b’konformità mal-objettiv li tintlaħaq sitwazzjoni ta’ stokk tal-bini effiċjenti ħafna u dekarbonizzat kif stipulat fl-istrateġija ta’ rinnovazzjoni nazzjonali għal terminu twil biex jingħata appoġġ lir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali;

RCR 27 – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu

RCR 27 – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu , li jilħqu ffrankar tal-enerġija ta’ mill-inqas 60 % meta mqabbel mal-livelli ta’ qabel ir-rinnovazzjoni (definizzjoni tal-KE ta’ rinnovazzjoni profonda) ;

RCR 28 – Bini bi klassifikazzjoni tal-enerġija mtejba (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCR 28 – Bini bi klassifikazzjoni tal-enerġija mtejba (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali) li jilħaq EPC tal-livell B wara r-rinnovazzjoni;

 

RCR […] – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu li jilħqu l-livell tal-istandard ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (nZEB) wara r-rinnovazzjoni

RCR 29 – Stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra*

RCR 29 – Stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra*

RCR 30 – Impriżi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCR 30 – Impriżi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCR 31  – Produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCR 32 – Enerġija rinnovabbli: Il-kapaċità konnessa mal-grilja (operazzjonali)*

RCR […] – Għadd ta’ konsumaturi foqra/vulnerabbli rigward l-enerġija appoġġati sabiex itejbu l-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu.

RCR […] – Konsum finali totali tal-enerġija rinnovabbli u konsum skont is-settur (tisħin u tkessiħ, trasport, elettriku);

RCR […] – Sehem mill-produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli;

RCR […] – Tnaqqis fl-importazzjoni annwali tal-enerġija mhux rinnovabbli.

RCR […] – Enerġija rinnovabbli: Il-kapaċità konnessa mal-grilja (operazzjonali)*

Raġuni

Il-ġabra ta’ indikaturi rispettivi dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli trid tiġi estiża.

Il-perjodu ta’ finanzjament attwali fih tagħlima ċara: mira kwantitattiva mingħajr impenji a priori, kontroll tal-kwalità jew metodoloġija soda ta’ insegwiment u monitoraġġ tfisser sogru li jintilfu l-kredenzjali relatati mal-klima.

L-indikaturi relatati mal-klima proposti mill-Kummissjoni Ewropea huma inkompleti u kultant simplistiċi: mingħajr valutazzjoni tal-valur fil-mira rispettiv mill-perspettiva ta’ x’inhu teknikament fattibbli u finanzjarjament opportun, xi indikaturi se jirrappreżentaw sempliċi għadd ta’ benefiċjarji. Pereżempju, ċertu indikatur ta’ output għall-FEŻR “RCO 18 – Unitajiet domestiċi appoġġati biex itejbu l-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu” qed jitqabbel mal-indikatur ta’ riżultati “RCR 27 – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu”. Filwaqt li dan il-par indikaturi jindika l-għadd totali ta’ unitajiet domestiċi li qed jibbenefikaw mill-miżura, ma jurix il-livell ta’ titjib fil-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija – li, wara kollox, jista’ jkun għoli jew inkella marġinali. Dan jimplika l-possibbiltà li l-miri jkunu ffissati f’livell baxx mingħajr il-qafas tal-prestazzjoni ma jkun f’pożizzjoni jivvaluta kemm hi ambizzjuża l-miżura rispettiva.

Emenda 18

ANNESS I

Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni – l-Artikolu 7(1)

Tabella 1: Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR (Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni **

Jiżdiedu indikaturi komuni ġodda ta’ riżultati (RCR) wara RCR 65

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

RCR […] Postijiet tax-xogħol battala għal aktar minn 6 xhur

Raġuni

L-indikatur komuni ta’ output (RCO) 61 – Persuni qiegħda fis-sena servuti minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi (kapaċità) għandu indikatur komuni ta’ riżultati għall-ewwel parti (RCR 65 – Għadd fis-sena ta’ persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol li jużaw is-servizzi ta’ servizzi tal-impjieg appoġġati). Donnu hemm nieqes indikatur għat-tieni parti.

Emenda 19

ANNESS II

Ġabra ċentrali ta’ indikaturi tal-prestazzjoni għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 7(3)

Objettiv ta’ politika 2 Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta’ anqas karbonju, permezz tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investimenti ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

Jiżdied indikatur komuni ġdid ta’ output (CCO) wara CCO 09

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

CCO […] – Żieda fl-adattament għat-tibdil fil-klima, żieda fil-prevenzjoni tar-riskji, inklużi dawk siżmiċi, u reżiljenza aħjar għad-diżastri u l-avvenimenti ta’ temp estrem.

Raġuni

Rigward l-objettiv speċifiku PO 2, tal-promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji, inkluż il-prevenzjoni ta’ dawk siżmiċi, u r-reżiljenza għad-diżastri u l-avvenimenti ta’ temp estrem huwa miżjud indikatur komuni ġdid ta’ output (CCO) li donnu kien nieqes.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ bi pjaċir l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tissemplifika r-regoli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 u jinnota li l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni ġew magħqudin flimkien f’Regolament uniku li jistabbilixxi r-regoli applikabbli li se jkopru ż-żewġ fondi. Il-proposta l-ġdida għal Regolament hija iqsar billi r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) ikopri ħafna partijiet komuni;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Politika ta’ Koeżjoni tibqa’ tapplika għar-reġjuni kollha tal-UE, bil-parti l-kbira tar-riżorsi tagħha ffukati fuq l-aktar żoni vulnerabbli; jinnota b’approvazzjoni li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal dan l-att leġislattiv f’qasam li jaqa’ f’kompetenza kondiviża, tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidarjetà u tal-proporzjonalità.

3.

jinnota bi tħassib li l-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju pluriennali tipprevedi tnaqqis drammatiku ta’ 46 % fil-baġit tal-Fond ta’ Koeżjoni u baġit stabbli għall-FEŻR (+ 1 %). Jinnota b’dispjaċir it-tnaqqis, ta’ 12 %, mill-baġit għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea minkejja li din hija rikonoxxuta bħala waħda mill-politiki li jippreżentaw l-aktar valur miżjud tanġibbli tal-UE;

4.

ifakkar li l-Fond ta’ Koeżjoni dejjem wera li għandu valur miżjud Ewropew għoli u li huwa jtejjeb l-immaġni tal-UE f’għajnejn iċ-ċittadini tagħha. Il-Fond ta’ Koeżjoni jirrappreżenta s-solidarjetà espressa tal-Istati Membri aktar “għonja” lejn oħrajn “ifqar” f’termini ta’ bini ta’ infrastruttura importanti u benefiċċji ċari u ppruvati għal dawk l-Istati Membri li jikkontribwixxu l-aktar lejn il-baġit tal-UE. It-tnaqqis propost huwa probabbli ħafna li se jxekkel l-ilħuq tal-objettivi ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tat-Trattati;

5.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tiġi stabbilita mira ta’ infiq ta’ 25 % mill-QFP kollu 2021-2027 b’rabta mal-klima. Madankollu il-mira kwantitattiva hija ħafna aktar baxxa mil-livell possibbli u meħtieġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji tal-UE fil-qafas tal-Ftehim ta’ Pariġi Il-Politika ta’ Koeżjoni tapplika sistema pjuttost elaborata ta’ insegwiment b’rabta mal-klima meta mqabbla ma’ fondi oħrajn: l-FEŻR iwassal 30 % tal-azzjoni klimatika, il-Fond ta’ Koeżjoni 37 %;

6.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-ilħuq tal-għanijiet ta’ Pariġi se jirrappreżenta sfida ewlenija għall-Ewropa. Il-KtR ilu jiddefendi l-objettivi ambizzjużi dwar il-klima, u peress li l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni huma l-istrumenti finanzjarji ewlenin fil-baġit tal-UE li jikkontribwixxu lejn l-objettivi dwar il-klima, il-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni orizzontali tal-Politika ta’ Koeżjoni għandhom jinkludu r-rekwiżit li l-Istati Membri jwettqu l-obbligi li joriġinaw mill-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi; barra minn hekk, dawn għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib tul il-perjodu ta’ programmazzjoni kollu sabiex ikun żgurat li l-kontributi għall-objettivi dwar il-klima jkunu għadhom mixjin sew;

7.

jilqa’ b’sodisfazzjoni il-fatt li l-FEŻR u l-FK saru aktar “ekoloġiċi” u li l-attivitajiet li jniġġsu se jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament;

8.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-komponent speċifiku ġdid ta’ Interreg għall-investimenti interreġjonali innovattivi bil-għan li jiġi appoġġat ir-raggruppar ta’ atturi involuti fl-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti madwar l-Ewropa u l-komponent il-ġdid għar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea żżid il-baġit ġenerali tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea bil-għan li jinżamm baġit kredibbli għal Interreg Europe u għall-kooperazzjoni transkonfinali filwaqt li jkun hemm investimenti f’forom ġodda ta’ kooperazzjoni;

9.

jitlob li jiġi promoss il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni mill-programmazzjoni sar-rappurtar, u li f’kull stadju tal-implimentazzjoni jiġi inkorporat l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru;

10.

joġġezzjona għall-proposta li l-konċentrazzjoni tematika tal-FEŻR tkun tiffoka fuq il-livell nazzjonali; dan il-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ċċentralizzat imur kontra l-approċċ ibbażat fuq il-post u l-prinċipju tal- governanza f’diversi livelli tal-Politika ta’ Koeżjoni;

11.

jiġbed l-attenzjoni lejn is-separazzjoni dejjem tikber tal-fondi u, b’mod partikolari, juri d-dispjaċir tiegħu li l-FAEŻR tneħħa mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li jistipula regoli komuni applikabbli għad-diversi fondi;

12.

jissottolinja l-ħtieġa ta’ komplementaritajiet b’saħħithom bejn il-FEŻR u l-FSE+ sabiex jitwettqu inizjattivi integrati u komprensivi fil-livell lokali;

13.

jinnota li l-Istati Membri huma inkoraġġiti jittrasferixxu 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR jew tal-FK lejn l-istrument il-ġdid tal-InvestEU u jittrasferixxu wkoll 5 % tal-allokazzjoni tagħhom tal-FEŻR għal programmi tal-UE mmaniġġjati mill-KE. Madankollu, l-approċċ ta’ ġestjoni kondiviża ħalla impatt ċar fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Ewropa. Kull trasferiment mill-Istat Membru għandu jiġi deċiż bl-involviment tal-imsieħba lokali u reġjonali, b’konformità mal-prinċipju tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli;

14.

jappoġġja ż-żieda fl-enfasi fuq l-iżvilupp urban sostenibbli billi fil-livell nazzjonali 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR jiġu ddedikati għal dan il-qasam;

15.

jinnota lil-indikaturi tal-prodott u tar-riżultat għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jkunu definiti u mingħajr ambigwità fl-interpretazzjoni, li jinkludu, fuq kollox, l-unitajiet tal-kejl assenjati fl-Annessi I u II u jkunu jistgħu jaggregaw mil-livell ta’ proġetti sal-livell tal-programmi operattivi u l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni, u l-kejl tagħhom m’għandux jikkostitwixxi piż eċċessiv għall-benefiċjarji.

Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


Top