Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0603R(01)

Rettifika tal-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T–603/18 (ĠU C 436, 3.12.2018)

ĠU C 35, 28.1.2019, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/34


Rettifika tal-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T–603/18

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 436 tat-3 ta’ Diċembru 2018 )

(2019/C 35/41)

L-Avviż ippublikat dwar il-Kawża T-603/18, ZE vs Il-Parlament jinbidel b’dan li ġej:

“Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2018 — ZE vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-603/18)

()

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZE (rappreżentant: P. Giatagantzidis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2018 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tordna s-sospensjoni tal-funzjonijiet tiegħu sal-31 ta’ Ottubru 2018, kif ukoll kull att ieħor relatat,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tiegħu għal smigħ qabel l-adozzjoni, fil-konfront tiegħu, tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bl-użu ta’ metodu għal ġbir tal-informazzjoni li jikser id-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità mis-Segretarju Ġenerali, peress li huwa ordna l-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva fil-konfront tar-rikorrent u fl-istess ħin adotta d-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur manifest tad-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata tar-rikorrent minħabba l-projbizzjoni imposta fuqu milli jkollu aċċess għall-post tax-xogħol tiegħu kif ukoll għall-fajls personali tiegħu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-proċedura użata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u tas-sigriet proċedurali, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet magħmula lill-istampa minn uffiċjali għoljin tal-Parlament Ewropew.”


Top