Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XG0626(04)

    Avviż għall-attenzjoni tas-soġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

    ĠU C 222, 26.6.2018, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/7


    Avviż għall-attenzjoni tas-soġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

    (2018/C 222/06)

    Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

    Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/2063 (2).

    Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    DG C 1C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2063.

    Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fil-lista kif stipulati f’dan ir-Regolament.

    Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra relatata.

    Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

    Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f’konformità mas-Sezzjoni 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

    Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

    Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


    (1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

    (3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


    Top