This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0219
Case T-219/18: Action brought on 30 March 2018 — Piaggio & C. v EUIPO — Zhejiang Zhongneng Industry Group (Mopeds)
Kawża T-219/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2018 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry Group (Mopeds)
Kawża T-219/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2018 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry Group (Mopeds)
ĠU C 182, 28.5.2018, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/28 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2018 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry Group (Mopeds)
(Kawża T-219/18)
(2018/C 182/32)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Piaggio & C. SpA (Pontedera, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Zhongneng Industry Group Co. Ltd (Taizhou City, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju 1783655-0002
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1496/2015-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiddikjara l-invalidità tad-disinn Komunitarju rreġistrat tal-proprjetarju Nru 1 783 655-0002, abbażi tal-motivi esposti f’dan ir-rikors; |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-proprjetarju jħallsu l-ispejjeż proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti oħra potenzjali għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi invokati
— |
Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar id-Disinn Komunitarju (RDK); |
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-RDK; |
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-RDK. |