EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0766

Kawża T-766/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali — Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Assenza ta’ urġenza”)

ĠU C 182, 28.5.2018, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-766/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Assenza ta’ urġenza”))

(2018/C 182/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating et Y. Martínez Mata, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u sabiex tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol, Hércules Club de Fútbol, SAD u Elche Club de Fútbol, SAD (ĠU 2017, L 55, p. 12).

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-10 ta’ Novembru 2016, Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (T-732/16 R), huwa revokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top