Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 62016CA0441

Kawża C-441/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SMS group GmbH vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — It-Tmien Direttiva 79/1072/KEE — Direttiva 2006/112/KE — Persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor — Rimbors tal-VAT imposta fuq merkanzija importata — Kundizzjonijiet — Elementi oġġettivi li jikkonfermaw l-intenzjoni tal-persuna taxxabbli li tuża l-merkanzija importata fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha — Riskju serju ta’ nuqqas ta’ twettiq tat-tranżazzjoni li ġġustifikat l-importazzjoni)

ĠU C 392, 20.11.2017, σ. 10-11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SMS group GmbH vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

(Kawża C-441/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - It-Tmien Direttiva 79/1072/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor - Rimbors tal-VAT imposta fuq merkanzija importata - Kundizzjonijiet - Elementi oġġettivi li jikkonfermaw l-intenzjoni tal-persuna taxxabbli li tuża l-merkanzija importata fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha - Riskju serju ta’ nuqqas ta’ twettiq tat-tranżazzjoni li ġġustifikat l-importazzjoni))

(2017/C 392/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SMS group GmbH

Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

Dispożittiv

It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, moqrija flimkien mal-Artikolu 170 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li Stat Membru jirrifjuta lil persuna taxxabbli li ma hijiex stabbilita fit-territorju tiegħu d-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa meta ssir l-importazzjoni ta’ merkanzija f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, meta saret l-importazzjoni, l-eżekuzzjoni tal-kuntratt li fil-kuntest tiegħu l-persuna taxxabbli xtrat u importat din il-merkanzija kienet sospiża, it-tranżazzjoni li għaliha kellha tintuża din il-merkanzija finalment ma saritx u l-persuna taxxabbli ma pproduċietx il-prova taċ-ċirkulazzjoni sussegwenti tagħha.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


Επάνω