Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62017TN0123
Case T-123/17: Action brought on 28 February 2017 — Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte v ACER
Kawża T-123/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER
Kawża T-123/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER
ĠU C 129, 24.4.2017, p. 26-27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/26 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER
(Kawża T-123/17)
(2017/C 129/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta mogħtija fil-Kawża A-001-2017 (consolidated), tas-17 ta’ Frar 2017, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi ammessa tintervjeni; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta kif ukoll ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex il-Bord tal-Appell ċaħad b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ interess leġittimu tar-rikorrenti fl-eżitu tal-proċeduri ta’ appell. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE (insuffiċjenza serja ta’ motivazzjoni). |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, għaliex il-Bord tal-Appell ma kkomunikax lir-rikorrenti l-osservazzjonijiet tal-konvenuta dwar it-talba għal intervent tal-imsemmija rikorrenti. |