This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1104(01)
Commission Decision of 27 October 2016 to replace a member of the REFIT Platform Stakeholder group
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2016 li tissostitwixxi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2016 li tissostitwixxi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT
C/2016/6903
ĠU C 405, 4.11.2016, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2019
|
4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 405/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Ottubru 2016
li tissostitwixxi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT
(2016/C 405/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)3261 finali tad-19 ta’ Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3261 finali li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT (minn issa ‘l quddiem “il-pjattaforma”) tipprovdi fl-Artikolu 4 tagħha li l-pjattaforma se tkun magħmula minn “Grupp tal-gvernijiet” u “Grupp ta’ Partijiet Interessati” u li l-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn 20 espert, tnejn minnhom li jirrappreżentaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-bqija minn negozji, inkluż mill-SMEs, u mis-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-esperti fil-grupp tal-partijiet interessati għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż minn numru ta’ partijiet interessati. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni fl-Artikolu 4.4 tistipula li l-Kummissjoni, fuq proposta tal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, għandha taħtar il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati magħżula minn applikanti li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-ħatriet għandhom jiżguraw, sa fejn possibbli, rappreżentazzjoni bilanċjata tad-diversi setturi, interessi u reġjuni tal-Unjoni u tas-sess. L-Artikolu 4.5 tad-Deċiżjoni jistipula li l-Membri għandhom jinħatru sal-31 ta’ Ottubru 2019. Skont l-Artikolu 4.6 tad-Deċiżjoni, il-Membri li jirriżenjaw jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9063 finali tas-16 ta’ Diċembru 2015 li taħtar lill-Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT (1) tistipula li jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi-President jista’ jinnomina sostitut mil-lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex wieħed isir Membru tal-grupp tal-Partijiet Interessati. |
|
(4) |
Wara r-riżenja tas-Sur Linas Lasiauskas bħala Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati fit-23 ta’ Ġunju 2016, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni nnomina lis-Sur Paolo Falcioni biex jieħu post is-Sur Lasiauskas għall-bqija taż-żmien tal-kariga tiegħu. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Is-Sur Paolo Falcioni huwa maħtur Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT sal-31 ta’ Ottubru 2019 (ara l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni).
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
L-Ewwel Viċi President
(1) ĠU C 425, 18.12.2015, p. 8.
ANNESS
|
Isem |
Nazzjonalità |
Jirrappreżentaw interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati f’qasam ta’ politika partikolari |
Impjegatur attwali |
|
Is-Sur Paolo Falcioni |
IT |
IVA |
Kunsill Ewropew għall-Kostruzzjoni ta’ Apparat Domestiku |