Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0055

    Kawża C-55/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fl-1 ta’ Frar 2016 – Evo Bus GmbH vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Argeș

    ĠU C 145, 25.4.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fl-1 ta’ Frar 2016 – Evo Bus GmbH vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Argeș

    (Kawża C-55/16)

    (2016/C 145/24)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casație și Justiție

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Evo Bus GmbH

    Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Argeș

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tat-Tmien Direttiva 79/1072/KEE (1), kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, jipprekludu/ipprekludew leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirregola/irregolat, fid-dawl tal-prinċipju tas-sigurtà fiskali, il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għal rimbors [tat-taxxa] fuq il-valur miżjud, bħal, f’dan il-każ, il-prova tal-ħlas tat-taxxa mill-fornituri?


    (1)  It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU L 331, p. 11, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79).


    Top