This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0663
Case C-663/15: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 14 December 2015 — Umweltverband WWF Österreich v Landeshauptmann von Tirol
Kawża C-663/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Umweltverband WWF Österreich vs Landeshauptmann von Tirol
Kawża C-663/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Umweltverband WWF Österreich vs Landeshauptmann von Tirol
ĠU C 111, 29.3.2016, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Umweltverband WWF Österreich vs Landeshauptmann von Tirol
(Kawża C-663/15)
(2016/C 111/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Umweltverband WWF Österreich
Konvenut: Landeshauptmann von Tirol
Parti oħra fil-proċedura: Ötztaler Wasserkraft GmbH
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE (1), li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2000/60”), jew din id-direttiva bħala tali, jagħtu lil organizzazzjoni li tiddefendi l-ambjent, fi proċedura li ma hijiex suġġetta għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent b’applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2011/92”), drittijiet għall-protezzjoni li permezz tagħhom hija tista’, bis-saħħa tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, fil-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”), tibda proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji? Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 1: |
|
2. |
Mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jirriżulta li dawn id-drittijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu invokati sa mill-proċedura quddiem l-awtorità amministrattiva, jew il-possibbiltà li tingħata protezzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva hija suffiċjenti? |
|
3. |
Huwa leċitu għad-dritt proċedurali nazzjonali (Artikolu 42 tal-liġi ġenerali fuq il-proċedura amministrattiva [Allgemeines Verwaltungsverfahrensgesetz]) li jistieden l-organizzazzjoni li tiddefendi l-ambjent – kif ukoll, barra minn hekk, lill-partijiet l-oħra fil-proċedura – sabiex tinvoka l-oġġezzjonijiet tagħha fi żmien xieraq sa mill-proċedura quddiem l-awtorità amministrattiva u mhux biss mill-istadju ta’ rikors quddiem il-qorti amministrattiva peress li, fin-nuqqas ta’ dan, hija titlef l-istatus tagħha bħala parti kif ukoll il-possibbiltà li tippreżenta rikors quddiem il-qorti amministrattiva? |
(1) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).