EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0466

Kawża C-466/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Settembru 2015 – Jean-Michel Adrien, Frédéric Baron, Catherine Blanchin, Marc Bouillaguet, Anne-Sophie Chalhoub, Denis D’Ersu, Laurent Gravière, Vincent Cador, Roland Moustache, Jean-Richard de la Tour, Anne Schneider, Bernard Stamm, Éléonore von Bardeleben vs Premier ministre, Ministre des finances et des comptes publics, Ministre de la décentralisation et de la fonction publique

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Settembru 2015 – Jean-Michel Adrien, Frédéric Baron, Catherine Blanchin, Marc Bouillaguet, Anne-Sophie Chalhoub, Denis D’Ersu, Laurent Gravière, Vincent Cador, Roland Moustache, Jean-Richard de la Tour, Anne Schneider, Bernard Stamm, Éléonore von Bardeleben vs Premier ministre, Ministre des finances et des comptes publics, Ministre de la décentralisation et de la fonction publique

(Kawża C-466/15)

(2015/C 381/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean-Michel Adrien, Frédéric Baron, Catherine Blanchin, Marc Bouillaguet, Anne-Sophie Chalhoub, Denis D’Ersu, Laurent Gravière, Vincent Cador, Roland Moustache, Jean-Richard de la Tour, Anne Schneider, Bernard Stamm, Éléonore von Bardeleben

Konvenuti: Premier ministre, Ministre des finances et des comptes publics, Ministre de la décentralisation et de la fonction publique

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil uffiċjal ikkollokat fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jagħżel, għall-perijodu tal-kollokament tiegħu, jew li jissopendi l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni tal-Istat ta’ oriġini tiegħu, f’liema każ il-pensjoni tiegħu taħt din l-iskema tkun akkumulata kompletament mal-benefiċċji tal-irtirar relatati mal-pożizzjoni li għaliha jkun ġie kkollokat, jew inkella li jkompli jagħmel tali ħlasijiet, f’liema każ il-pensjoni tiegħu taħt din l-iskema tkun limitata għall-ammont neċessarju sabiex it-total tal-pensjonijiet, inkluża l-pensjoni miksuba taħt l-iskema applikabbli għall-pożizzjoni li għaliha jkun ġie kkollokat, ikun ekwivalenti għall-ammont tal-pensjoni li kien jikseb fl-assenza tal-kollokament, tmur kontra l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri fid-dawl tal-Artikolu 48 tal-istess Trattat u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?


Top