EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0178

Kawża T-178/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni

ĠU C 245, 27.7.2015, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/30


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/15)

(2015/C 245/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kohrener Landmolkerei GmbH (Penig, il-Ġermanja), DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (Frohburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Wagner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rċevuta fit-2 ta’ Marzu 2015;

tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti tat-23 ta’ Diċembru 2014 fil-proċedura bin-numru ta’ referenza AT-TSG-0007-01035.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, peress li hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi. Skont l-Artikolu 51 tar-Regolment (UE) Nru 1151/2012 (1), ir-rikorrenti jallegaw li għandhom terminu ta’ tliet xhur li fih huma jistgħu jippreżentaw oppożizzjoni quddiem l-awtorità nazzjonali, jekk huma jixtiequ jopponu r-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali ggarantita. Huma jsostnu, f’dan ir-rigward, li l-pubblikazzjoni kkonċernata (ĠU C 340, p. 6) seħħet fit-30 ta’ Settembru 2014 u li l-oppożizzjoni saret quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti fit-23 ta’ Diċembru 2014. Ir-rikorrenti jsostnu li ma jistax jiġi attribwit lilhom nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu ulterjuri. Huma jżidu li huma stess ma jistgħu jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq il-perijodu ta’ żmien qabel ma l-awtorità nazzjonali kompetenti tressaq l-oppożizzjoni magħmula quddiem il-Kummissjoni u li d-deċiżjoni kkontestata ma tiħux kunsiderazzjoni l-fatt li l-oppożizzjoni tressqet fil-ħin. Id-deċiżjoni tieħu inkunsiderazzjoni biss id-data tal-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni quddiem il-Kummissjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 ma jipprevedi l-ebda terminu għat-trażmissjoni mill-awtorità nazzjonali. Għalhekk dan ifisser li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni mir-rikorrenti quddiem l-awtorità nazzjonali.


(1)  Regoalment (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).


Top