EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0111

Kawża C-111/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Marzu 2015 – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

ĠU C 245, 27.7.2015, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Marzu 2015 – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-111/15)

(2015/C 245/02)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Občina Gorje

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, li jipprovdi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, suġġett għall-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti minn dan ir-regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 79(4) tad-[Digriet dwar il-miżuri li jimplementaw l-Assi 1, 3 u 4 tal-Programm ta’ żvilupp rurali tar-Repubblika tas-Slovenja għall-perijodu 2007-2013, matul is-snin 2010-2013 (iktar ’il quddiem id-“Digriet PRP”)], u fil-punt 3 tal-Kapitolu VI tas-sejħa għal offerti, liema leġiżlazzjoni tipprovdi li l-infiq ta’ investiment eliġibbli huwa biss dak li jkun ġie sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji (sat-tmiem tal-proġett ta’ investiment jew sa mhux iktar mit-30 ta’ Ġunju 2015)?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 1698/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 56 tal-Liġi dwar l-agrikoltura (Zakon o kmetijstvu), li jipprovdi li kull talba li ma tkunx konformi mal-Artikolu 79(4) tad-Digriet PRP, dwar l-infiq ta’ investiment eliġibbli sostnut wara d-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni, għandha tiġi miċħuda kollha kemm hi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26).


Top