EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0731

Kawża T-731/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2014 – Agrotikos Sinetairismos Profiti Ilia vs Il-Kunsill

ĠU C 16, 19.1.2015, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2014 – Agrotikos Sinetairismos Profiti Ilia vs Il-Kunsill

(Kawża T-731/14)

(2015/C 016/64)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Agrotikos Sinetairismos Profiti Ilia (Skidra, il-Greċja) (rappreżentant: C. Chrysogonos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, p. 1) preżenzjalment ikkontestat u tiddikjara t-talba għal annullament bħala ammissibbli sakemm il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha għall-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament, u

tikkundanna lill-Kunsill kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

Ir-rikorrenti issostni li r-regolament ikkontestat ġie adottat b’mod żbaljat fuq il-bażi legali tal-Artikolu 215 TFEU, minkejja li huwa evidenti mill-għan u l-kontenut tar-Regolament li dan kellu jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 207 TFEU (li kien l-Artikolu 133 KE) inkonnessjoni mal-politika agrikola komuni u, konsegwentement, kellu jiġi adottat taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-interess ġuridiku tar-rikorrenti li tiftaħ il-kawża huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi att regolatorju li ma jinvolvi l-ebda miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFEU u li jikkonċerna lir-rikorrenti b’mod dirett.


Top