Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62014TN0540

    Kawża T-540/14: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2014 – Klass vs UASI – F. Smit (PLAYSEAT) (PLAYSEATS)

    ĠU C 329, 22.9.2014, pagg. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/23


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Klass vs UASI – F. Smit (PLAYSEAT) (PLAYSEATS)

    (Kawża T-540/14)

    2014/C 329/32

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Oliver Klass (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Bender, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: F. Smit Holding BV (Doetinchem, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Talbiet

    tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każijiet R 1616/2013-4 u R 1834/2013-4 billi tilqa’ t-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa fil-31 ta’ Lulju 2012;

    tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade marks verbali “PLAYSEAT” u “PLAYSEATS”, għal prodotti fil-klassi 9 – Trade marks Komunitarji Nru 7 5 95  184 u Nru 8 8 42  254

    Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: F. Smit Holding BV

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Motivazzjoni tat-talbiet għal invalidità: raġuni assoluta ta’ invalidità fis-sens tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


    In alto