Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0388

    Kawża T-388/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/17


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

    (Kawża T-388/14)

    2014/C 329/24

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: salesforce.com, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1853/2013-1;

    tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MARKETINGCLOUD” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 9 79  417

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top