Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0363

Kawża C-363/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Lulju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 329, 22.9.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-363/14)

2014/C 329/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/269/UE tas-6 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kolha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew jinvoka tliet motivi.

Fl-ewwel lok, il-Parlament Ewropew jikkontesta l-użu, mill-Kunsill, ta’ proċedura deċiżjonali żbaljata għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/269/UE. B’dan il-mod il-Parlament jiddeduċa li l-Kunsill mhux biss kiser it-Trattati iżda wkoll kiser il-forom proċedurali sostanzjali.

Fit-tieni lok, il-Parlament Ewropew jilmenta li l-Kunsill uża jew bażi legali mħassra permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jew bażi legali sekondarja, li hija illegali skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Fl-aħħar lok, skont il-Parlament, il-lista ta’ Stati u organizzazzjonijiet terzi li magħhom Europol għandu jikkonkludi ftehimiet tikkostitwixxi element rilevanti fil-qasam leġiżlattiv. Dan l-element għandu jiġi kkunsidrat mil-leġiżlatur tal-Unjoni, bħala element essenzjali tal-kwistjoni rregolata. Konsegwentement, il-bażi legali kif ukoll il-proċedura li l-Kunsill użat ma humiex legalment korretti.


(1)  ĠU L 138, p. 104


Top