Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62014TN0126
Case T-126/14: Action brought on 21 February 2014 — Netherlands v Commission
Kawża T-126/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2014 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
Kawża T-126/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2014 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
ĠU C 112, 14.4.2014, str. 61—62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/61 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-126/14)
2014/C 112/78
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
b’mod prinċipali, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata u l-anness relatat miegħu sa fejn din id-dispożizzjoni u dan l-anness jirrigwardaw l-interessi li l-Pajjiżi l-Baxxi naqsu, b’mod żbaljat, milli jikkalkolaw fuq ċertu numru ta’ debiti marbuta mal-ammonti supplimentari li tħallsu tard u ma’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li saru indebitament fl-ammont ta’ EUR 4 703 231,78; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata u l-anness relatat miegħu sa fejn din id-dispożizzjoni u dan l-anness jirrigwardaw l-interessi li l-Pajjiżi l-Baxxi naqsu, b’mod żbaljat, milli jikkalkolaw fuq ċertu numru ta’ debiti marbuta mal-ammonti supplimentari li tħallsu tard fl-ammont ta’ EUR 3 208 935,04; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispjjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81)
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba nuqqas ta’ ġustifikazzjoni koerenti u li tinftiehem tad-deċiżjoni kkontestata. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(2) TUE minħabba l-impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja fir-rigward tal-ġbir tal-interessi, mingħajr ma ġiet indikata bażi fid-dritt tal-Unjoni, u/jew applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ekwivalenza inkwantu assumiet li, fiż-żmien rilevanti, il-Pajjiżi l-Baxxi kkalkolaw interessi fuq debiti nazzjonali komparabbli. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba flimkien mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 (1) u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 (2), peress li ma ngħatatx, qabel is-16 ta’ Ottubru 2006, deċiżjoni fuq debiti pendenti. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/07, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 94, p. 13).
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91, tal-4 ta’ Marzu 1991, dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ somom ta’ flus imħallsa ħażin b’konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tagħrif f’dan il-qasam u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 283/72 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 171)