Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62014TN0121
Case T-121/14: Action brought on 18 February 2014 — PT Pelita Agung Agrindustri v Council
Kawża T-121/14: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Frar 2014 – PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill
Kawża T-121/14: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Frar 2014 – PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill
ĠU C 112, 14.4.2014, str. 60—61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/60 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2014 – PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill
(Kawża T-121/14)
2014/C 112/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PT Pelita Agung Agrindustri (Medan, Indoneżja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
Tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, p. 2), sa fejn dan jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti; u |
— |
Tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-Ftehim Antidumping tad-WTO ma jippermettix li jiġu aġġustati l-ispejjeż għas-sempliċi raġuni li dawn huma inqas minn dawk ta’ swieq oħra jew li huma “distorti” minħabba intervent minn Gvern. Għalhekk, l-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Antidumping Bażiku”) għandu jiġi ddikjarat inapplikabbli sa fejn jipprovdi għal tali possibbiltà ta’ aġġustament tal-ispejjeż. |
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-aġġustament tal-ispejjeż taż-żejt tal-palm mhux raffinat (ŻPMR) f’dan il-każ jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Bażiku. B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti tressaq l-argumenti segwenti:
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qiesu li l-prezzijiet għax-xiri taż-ŻPMR tar-rikorrenti minn partijiet relatati huma distorti. B’mod iktar speċifiku, l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qiesu li l-prezzijiet għax-xiri taż-ŻPMR tar-rikorrenti minn kumpanniji relatati ma kinux indipendenti. |
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li fid-determinazzjoni tal-marġni ta’ profitt raġjonevoli, il-Kunsill ma kkonformax mal-obbligu legali li jinsab fl-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament Bażiku. Dan l-Artikolu jeżiġi li l-ammont ta’ profitt raġonevoli ma jistax jeċċedi l-profitt normalment miksub minn esportaturi jew produtturi oħra fuq bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż tal-oriġini. |
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-istituzzjonijiet, meta rrifjutaw li jagħmlu aġġustament xieraq minħabba primjum fil-prezz assoċjat maċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità mar-RED [Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli], esponew il-fatti b’mod manifestament żbaljat u kissru l-Artikoli 3(2) u 3(3) tar-Regolament Bażiku għaliex il-prezzijiet għall-esportazzjoni tar-rikorrenti ma kinux ipparagunati b’mod oġġettiv mal-prezz immirat mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta rrifjutaw li jagħmlu l-aġġustament meħtieġ għaċ-ċertifikazzjoni tar-RED, l-istituzzjonijiet iddiskriminaw mingħajr awtorizzazzjoni kontra r-rikorrenti meta mqabbla ma’ produtturi Indoneżjani oħra. |
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li l-istituzzjonijiet kissru l-Artikolu 3(7) tar-Regolament Bażiku u wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qiesu li r-Regolamenti dwar l-Għadd Doppju ma kkontribwixxewx għad-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li l-istituzzjonijiet naqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni informazzjoni u argumenti mressqa matul l-investigazzjoni mir-rikorrenti. B’dan l-aġir, dawn mhux biss naqsu mill-obbligu ta’ diliġenza dovuta u ta’ amministrazzjoni tajba tagħhom billi ma eżaminawx bir-reqqa u b’imparzjalità l-provi rilevanti kollha quddiemhom, iżda naqsu wkoll mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament Bażiku kif ukoll mal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 296 TFUE. |