Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0115

    Kawża T-115/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Frar 2014 – Aceitera General Deheza vs Il-Kunsill

    ĠU C 112, 14.4.2014, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/58


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Aceitera General Deheza vs Il-Kunsill

    (Kawża T-115/14)

    2014/C 112/75

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aceitera General Deheza SA (General Deheza, l-Arġentina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u R. Luff, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, p. 2), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; u

    Tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, li jallega li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti billi kkonkludew li kien hemm distorsjoni tal-prezzijiet tal-fażola tas-soja u taż-żejt tas-soja li tiġġustifika l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Antidumping Bażiku (1).

    2.

    It-tieni motiv, li jallega li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Antidumping Bażiku, kif interpretat mill-istituzzjonijiet f’din il-kawża, ma jistax jiġi applikat għal importazzjonijiet minn membru tad-WTO peress li huwa inkonsistenti mal-Ftehim Antidumping tad-WTO.

    3.

    It-tielet motiv, li jallega li l-evalwazzjoni tad-dannu tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni fatturi li jħollu r-rabta kawżali bejn id-dannu allegat u l-importazzjonijiet li huma allegatament is-suġġett ta’ dumping bi ksur tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Antidumping Bażiku.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)


    Top