This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0067
Case T-67/14: Action brought on 1 February 2014 — Viraj Profiles v Council
Kawża T-67/14: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Frar 2014 – Viraj Profiles vs Il-Kunsill
Kawża T-67/14: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Frar 2014 – Viraj Profiles vs Il-Kunsill
ĠU C 112, 14.4.2014, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/48 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2014 – Viraj Profiles vs Il-Kunsill
(Kawża T-67/14)
2014/C 112/61
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Viraj Profiles Ltd (Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 (ĠU L 298, p. 1) tal-5 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, sa fejn jikkonċerna lil Viraj Profiles Limited; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill, u lil kull intervenjenti awtorizzat li jsostni l-pożizzjoni tal-Kunsill fil-kawża, għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-kalkolu tal-ispiża ta’ produzzjoni fir-Regolament ikkontestat ġie aġġustat b’mod li huwa manifestament żbaljat, bi ksur tal-Artikolu 2(1), (3), (4), (5), (6), (11) u (12) tar-Regolament Bażiku. L-istituzzjonijiet tal-UE applikaw aġġustament ’il fuq taħt metodu li meta segwit iwassal għal aġġustament iktar baxx minn dak żvelat mill-Kummissjoni. L-aġġustament jinkludi wkoll elementi li ma għandhomx jiġu inklużi fl-ispiża ta’ produzzjoni tar-rikorrenti. Il-marġni ta’ dumping ikkalkolat fuq il-bażi ta’ dan il-metodu żbaljat jikser l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament Bażiku. |
2. |
It-tieni motiv jallega li l-konstatazzjoni li d-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni huwa kkawżat mill-importazzjonijiet Indjani hija manifestament żbaljata, inkwantu ma tikkunsidrax l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li kienu l-ikbar sors ta’ dannu fil-perijodu kkunsidrat u kisret ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Indjani u d-dannu, u l-istituzzjonijiet tal-UE ma wettqux analiżi bbażata fuq in-nuqqas ta’ attribuzzjoni, bi ksur tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament Bażiku. |
3. |
It-tielet motiv jallega li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-prova kawżali prodotta fl-ilment li jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni u dan bi ksur tal-Artikoli 5(2), (3), (7) u 9(5) tar-Regolament Bażiku. |