Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 62013CN0689
Case C-689/13: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione Siciliana (Italy) lodged on 24 December 2013 — PFE v Airgest
Kawża C-689/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fl- 24 ta’ Diċembru 2013 – PFE vs Airgest
Kawża C-689/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fl- 24 ta’ Diċembru 2013 – PFE vs Airgest
ĠU C 112, 14.4.2014, S. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fl-24 ta’ Diċembru 2013 – PFE vs Airgest
(Kawża C-689/13)
2014/C 112/28
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Puligienica Facility Esco SpA (PFE)
Konvenuta: Airgest SpA
Domandi preliminari
1) |
Il-prinċipji ddikjarati mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tas-sentenza tal-4 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża C-100/12, sa fejn din tikkonċerna l-każ speċifiku, li huwa s-suġġett tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari, fejn kienu biss żewġ impriżi li pparteċipaw fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, japplikaw ukoll, minħabba xebh fis-sustanza mal-każ odjern, fil-każ, li huwa suġġett għall-istħarriġ ta’ dan il-Consiglio, fejn l-impriżi parteċipanti fil-proċedura għall-għoti tal-kuntratt, għalkemm ammessi f’numru ta’ iktar minn tnejn, ġew esklużi kollha mill-awtorità kontraenti, mingħajr ma ġie ppreżentat l-ebda appell minn l-imsemmija esklużjoni min-naħa tal-impriżi ħlief minn dawk involuti f’din l-istanza, b’tali mod li l-kawża li hija adita biha din il-qorti hija de facto limitata għal żewġ impriżi biss? |
2) |
Billi jillimita ruħu għad-domandi li jistgħu jiġu deċiżi permezz tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 99(3) tal-Kodiċi tal-proċedura amministrattiva, sa fejn din id-dispożizzjoni tistabbilixxi n-natura vinkolanti, għall-awli kollha u għall-kulleġġi kollha tal-Consiglio di Stato, ta’ kull prinċipju ta’ dritt stabbilit mis-seduta plenarja, anki meta jkun jidher ċar li l-imsemmija seduta tkun ikkonfermat jew setgħet ikkonfermat prinċipju li jikser jew li huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, imur kontra l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt u b’mod partikolari kontra l-Artikolu 267 TFUE? U b’mod partikolari, |
3) |
Il-Consiglio di Stato (l-awla jew il-kulleġġ) adit bil-kawża, f’każ ta’ dubju dwar il-konformità jew il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ prinċipju tad-dritt diġà ddikjarat mis-seduta plenarja, huwa obbligat li jibgħat lura l-kawża quddiem din tal-aħħar, permezz ta’ digriet immotivat, ipotetikament anki qabel ma jkun jista’ jagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jistabbilixxi l-konformità u l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-prinċipju tad-dritt kontenzjuż, jew inkella, għall-kuntrarju, il-Consiglio di Stato (l-awla jew il-kulleġġ) jista’ jew aħjar għandu, bħala qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, jagħmel ex officio, bħala qorti ordinarja tad-dritt tal-Unjoni, domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għall-interpretazzjoni korretta ta’ dan id-dritt? |
4) |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda magħmula fil-paragrafu preċedenti tkun fis-sens li tirrikonoxxi l-fakultà jew l-obbligu ta’ kull awla u kulleġġ tal-Consiglio di Stato li jagħmlu ex officio domandi preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew, fil-każijiet kollha li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tkun esprimiet ruħha, iktar u iktar jekk dan tkun għamlitu wara s-seduta plenarja tal-Consiglio di Stato, billi tikkonferma l-eżistenza ta’ differenza jew ta’ konformità mhux kompluta bejn l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju tad-dritt intern stabbilit mis-seduta plenarja – il-Consiglio di Stato (kull awla u kull kulleġġ), bħala qorti komuni tal-aħħar istanza tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jista’ jew għandu japplika immedjatament l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni Ewropea kif mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja jew, għall-kuntrarju, anki f’dan il-każ, ikun obbligat li jibgħat lura, permezz ta’ digriet immotivat, il-kawża quddiem is-seduta plenarja, u konsegwentement li jħalli għall-evalwazzjoni esklużiva ta’ din tal-aħħar u għas-setgħa diskrezzjonali tagħha l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, kif diġà ġie ddikajarat mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod vinkolanti? |
5) |
Finalment, interpretazzjoni tas-sistema proċedurali amministrattiva tar-Repubblika Taljana fis-sens li l-eventwali deċiżjoni marbuta ma’ rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja titħalla għall-evalwazzjoni esklużiva tas-seduta plenarja – jew anki l-unika soluzzjoni tal-kawża, meta din tirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni diġà ddikajarati mill-Qorti tal-Ġustizzja – ma tmurx kontra, minbarra l-prinċipju ta’ żmien raġjonevoli għal smigħ xieraq u tar-riżoluzzjoni f’qasir żmien ta’ kawża fil-qasam tal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, ukoll ir-rekwiżit li d-dritt tal-Unjoni Ewropea jirċievi applikazzjoni sħiħa u diliġenti minn kull qorti ta’ kull Stat Membru, b’mod obbligatorjament konformi mal-interpretazzjoni korretta tiegħu kif stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja, anki bil-għan li jissaħħu l-prinċipji tal-effett utli u tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fuq id-dritt (mhux biss sostantiv iżda wkoll proċedurali) intern ta’ kull Stat Membru (f’dan il-każ, fuq l-Artikolu 99(3) tal-Kodiċi tal-proċedura amministrattiva tar-Repubblika Taljana)? |