EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0340

Kawża T-340/13: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2013 — Federación Española de Hostelería vs EACEA

ĠU C 245, 24.8.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 245, 24.8.2013, p. 7–7 (HR)

24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/13


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Federación Española de Hostelería vs EACEA

(Kawża T-340/13)

2013/C 245/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Federación Española de Hostelería (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. del Nogal Méndez u R. Fernández Flores, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva “Edukazzjoni, awdjoviżwal u kultura” (EACEA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-att 2007-19641 134736-LLP-I-2007-1-ES -leonardo-LMP;

sussidjarjament, tordna r-restituzzjoni lir-rikorrenti tad-dokumenti mid-data li fiha l-awdituri bagħtuhom f’indirizz żbaljat, sabiex ir-rikorrenti tkun tista’ tifformula l-allegazzjonijiet rilevanti;

sussidjarjament, tordna t-tnaqqis tal-ħlas lura mitlub, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-onorarji professjonali u spejjeż oħra li rriżultaw minħabba din il-proċedura;

tordna li l-Kummissjoni tħallas lura s-somom irċevuti kif ukoll l-interessi moratorji.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-proċedura stabbilita.

huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li l-komunikazzjonijiet imwettqa fuq il-bażi tar-rapport ta’ awdituri kienu ġew trażmessi lil terz barrani li ma kellu ebda relazzjoni stabbilita bejn ir-rikorrenti u l–Aġenzija Eżekuttiva, konvenuta.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti.

Huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni ta’ rkupru ma ġietx immotivata suffiċjentement fid-dritt, peress li l-Aġenzija Eżekuttiva sempliċement ittrażmettiet lir-rikorrenti n-nota ta’ debitu, flimkien mar-rapport tal-awdituri.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li r-rikorrenti qatt ma setgħet, matul il-proċedura amministrattiva, turi l-fehma tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti allegati u fuq id-dokumenti kollha li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni sabiex tibbaża l-allegazzjoni tagħha dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li minn Diċembru 2009, data ta’ konklużjoni tal-kuntratt, sa April 2013, l-Aġenzija Eżekuttiva qatt ma kienet uriet in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-modalitajiet ta’ żvilupp u ta’ eżekuzzjoni tal-proġett.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter.

huwa affermat, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni ma informatx lir-rikorrenti bil-fatti li jistgħu jiġu akkużati lilha, u li hija ma tathiex l-opportunità li tinstema’ qabel ma adottat is-sanzjoni.

(6)

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


Top