EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0003

Kawża T-3/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Lulju 2013 — Kreyenberg vs UASI — Il-Kummissjoni (MEMBER OF €e euro experts) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva MEMBER OF €e euro experts — Raġuni assoluta għal rifjut — Emblemi tal-Unjoni u tal-oqsma ta’ azzjoni tagħha — Simbolu tal-euro — Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 245, 24.8.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 245, 24.8.2013, p. 7–7 (HR)

24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2013 — Kreyenberg vs UASI — Il-Kummissjoni (MEMBER OF €e euro experts)

(Kawża T-3/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MEMBER OF €e euro experts - Raġuni assoluta għal rifjut - Emblemi tal-Unjoni u tal-oqsma ta’ azzjoni tagħha - Simbolu tal-euro - Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 245/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Heinrich Kreyenberg (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2011, (Każ R 1804/2010-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Heinrich Kreyenberg.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Heinrich Kreyenberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


Top