Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0234(01)

    Kawża T-234/11 P-RENV-RX P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Lulju 2013 — Arango Jaramillo et vs BEI ( “Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala inammissibbli — Pensjonijiet — Żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Terminu raġonevoli” )

    ĠU C 245, 24.8.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 245, 24.8.2013, p. 6–6 (HR)

    24.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/8


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 — Arango Jaramillo et vs BEI

    (Kawża T-234/11 P-RENV-RX P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala inammissibbli - Pensjonijiet - Żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Terminu raġonevoli)

    2013/C 245/10

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-34 appellant ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

    Appellata: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

    Suġġett

    Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI (F-34/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI huwa annullat.

    (2)

    Il-kawża hija rrinvjata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

    (3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 211, 16.07.2011


    Top