Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62013CN0155

Kawża C-155/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale del Veneto — Sede di Mestre-Venezja (l-Italja) fis- 27 ta’ Marzu 2013 — SICES et vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia

ĠU C 178, 22.6.2013, p. 4-4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale del Veneto — Sede di Mestre-Venezja (l-Italja) fis-27 ta’ Marzu 2013 — SICES et vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia

(Kawża C-155/13)

2013/C 178/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale del Veneto — Sede di Mestre-Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Società Italiana Commercio e Servizi S.r.l, fi stralċ (SICES) et

Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, tad-29 ta’ Marzu 2007 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi trasferiment illegali tal-liċenzji ta’ importazzjoni b’rata mnaqqsa fil-kuntest tal-kwota GATT ta’ tewm ta’ oriġini Ċiniż, il-fatt li l-proprjetarju tal-imsemmija liċenzji, wara ħlas tad-dazji dovuti, iqiegħed fis-suq it-tewm inkwistjoni permezz tat-trasferiment lil operatur ieħor, proprjetarju ta’ liċenzji ta’ importazzjoni, li mingħandu huwa kien xtara t-tewm inkwistjoni qabel l-importazzjoni?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007, tad-29 ta’ Marzu 2007, li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 218).


Início