This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AP0321
Travel documents entitling the holder to cross the external borders and which may be endorsed with a visa ***I European Parliament legislative resolution of 6 July 2011 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the list of travel documents entitling the holder to cross the external borders and which may be endorsed with a visa and on setting up a mechanism for establishing this list (COM(2010)0662 – C7-0365/2010 – 2010/0325(COD))#P7_TC1-COD(2010)0325 Position of the European Parliament adopted at first reading on 6 July 2011 with a view to the adoption of Decision n °…/…/EU of the European Parliament and of the Council on the list of travel documents which entitle the holder to cross the external borders and which may be endorsed with a visa and on setting up a mechanism for establishing this list
Dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (COM(2010)0662 – C7-0365/2010 – 2010/0325(COD))
P7_TC1-COD(2010)0325 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 6 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista

ĠU C 33E, 5.2.2013, p. 359–359
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/359 |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża ***I
P7_TA(2011)0321
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (COM(2010)0662 – C7-0365/2010 – 2010/0325(COD))
2013/C 33 E/39
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0662), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0365/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0237/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
P7_TC1-COD(2010)0325
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE.)