Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0385

    Kawża T-385/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Awwissu 2012 — France Télécom vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 311, 13.10.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/15


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2012 — France Télécom vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-385/12)

    2012/C 311/20

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9403 finali, tal-20 ta’ Diċembru 2011, li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq intern, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom dwar ir-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat marbuta ma’ France Télécom [għajnuna mill-Istat Nru C 25/2008 (ex NN 23/2008)].

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat, prinċipalment, fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta l-Kummissjoni kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, skont l-Artikolu 107(1) TFUE, it-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-persuna li timpjega li għandha titħallas lill-Istat għall-pensjonijiet allokati lill-uffiċjali ta’ France Télécom. Ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wettqet dawn l-iżbalji:

    meta kkonkludiet li kien jeżisti vantaġġ ekonomiku;

    meta kkunsidrat li l-miżura hija selettiva;

    meta kkunsidrat li l-miżura tista’ tikkawża distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u

    meta kkonkludiet li kienet teżisti għajnuna mill-Istat minkejja li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-vantaġġ ġie nnewtralizzat mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2010 permezz tal-ħlas ta’ kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta l-Kummissjoni ssuġġettat il-kompatibbiltà tal-allegata għajnuna għall-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wettqet dawn l-iżbalji meta kkunsidrat li r-rikorrenti hija suġġetta għal piżijiet soċjali inferjuri għal dawk tal-kompetituri tagħha u billi rrifjutat li tittrasponi l-preċedent “La Poste” għall-proċedura ta’ France Télécom.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fl-evalwazzjoni tal-perijodu li matulu l-għajnuna ddefinita mid-deċiżjoni kkontestata tinsab innewtralizzata mill-kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali. Ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wettqet dawn l-iżbalji:

    meta inkludiet l-ispejjeż ta’ kumpens u ta’ kumpens żejjed fil-kalkolu tat-tnaqqis tal-ispejjeż li jirriżulta mit-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-persuna li timpjega u

    meta kkonkludiet li l-kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali kellha tiġi kapitalizzata bir-rata ta’ aġġornament ta’ 5.53 % u mhux ta’ 7 %.

    (4)

    Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.


    Top