Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0305

Kawża C-305/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

ĠU C 273, 8.9.2012, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/6


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-305/12)

2012/C 273/10

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus, A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma d-dritt intern tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 40 ta’ din id-direttiva.

timponi fuq ir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, multa minħabba in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tinnotifika l-miżuri adottati sabiex tikkonforma d-dritt intern tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE, għall-ammont ta’ EUR 17 136 kuljum sa mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza mogħtija f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/98 skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008 p. 3.


Top