EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0543

Kawża T-543/11: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Ottubru 2011 — Ghreiwati vs Il-Kunsill

ĠU C 355, 3.12.2011, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/27


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2011 — Ghreiwati vs Il-Kunsill

(Kawża T-543/11)

(2011/C 355/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emad Ghreiwati (Al Maliki, is-Sirja) (rappreżentant: P.-F. Gaborit, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2011/522/PESK, ir-Regolament (UE) Nru 878/2011, id-Deċiżjoni 2011/628/PESK u r-Regolament (UE) Nru 950/2011, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Emad Ghreiwati;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rikors ġudizzjarju effettiv, sa fejn:

l-atti kkontestati, li jżidu isem ir-rikorrent mal-lista tal-persuni kkonċernati bil-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ma jurux il-motivazzjoni tal-miżura restrittiva meħuda kontrieh;

dawn id-deċiżjonjiet ma kinux ġew innotifikati, u

l-elementi meqjusa sabiex fuqhom jiġu bbażati l-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrent għadhom qatt ma ġew ikkomunikati lilu minkejja talba indirizzata lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn la l-kwalità tar-rikorrent bħala President tal-Kamra tal-Industrija ta’ Damasku, u lanqas il-kwalità tiegħu bħala partner fil-kumpanija Zouheir Ghreiwati ma jippermettu li jiġi allegat kwalunkwe sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.


Top