EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0489

Kawża T-489/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Ottubru 2011 — Rousse Industry vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà” )

ĠU C 355, 3.12.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2011 — Rousse Industry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

(2011/C 355/35)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Rousse Industry (Rousse, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Angelov u S. Panov, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u D. Stefanov, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4903 finali, tat-13 ta’ Lulju 2011, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Bulgarija lil Rousse Industry, fil-forma ta’ djun mhux imħallsa lill-Istat (għajnuna mill-Istat C 12/2010 u N 389/2009), sa fejn din id-deċiżjoni tordna l-irkupru ta’ din l-għajnuna mingħand ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top