EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0190

Kawża T-190/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ Ottubru 2011 — CHEMK u KF vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, miċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakistan u mir-Russja — Determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni — Marġni ta’ profitt — Impenn fir-rigward tal-prezz — Ħsara — Rabta kawżali — Ilment — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

ĠU C 355, 3.12.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2011 — CHEMK u KF vs Il-Kunsill

(Kawża T-190/08) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, miċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakistan u mir-Russja - Determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni - Marġni ta’ profitt - Impenn fir-rigward tal-prezz - Ħsara - Rabta kawżali - Ilment - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2011/C 355/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja); u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (Novokuznetsk, ir-Russja) (rappreżentant: P. Vander Schueren, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, sussegwentement H. van Vliet u M. França, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p. 6), sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


Top