Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0463

    Kawża C-463/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fis- 6 ta’ Settembru 2011 — L vs M

    ĠU C 355, 3.12.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Settembru 2011 — L vs M

    (Kawża C-463/11)

    (2011/C 355/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: L

    Konvenut: M

    Domanda preliminari

    Stat Membru jeċċedi l-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 3(4) u (5) tad-Direttiva 2001/42 (1) jekk, fir-rigward tal-pjanijiet tal-iżvilupp ta’ muniċipalità li jiddeterminaw l-użu ta’ żoni żgħar f’livell lokali u jistabbilixxu l-qafas għall-awtorizzazzjoni tal-iżvilupp fil-futur ta’ proġetti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/42, jiddetermina — filwaqt li jikkunsidra l-kriterji rilevanti tal-Anness II tad-Direttiva — billi jispeċifika tip partikolari ta’ pjan ta’ żvilupp ikkaratterizzat minn limitu bbażat fuq id-daqs taż-żona u minn kundizzjoni kwalitattiva, li fir-redazzjoni ta’ tali pjan ta’ żvilupp għandha ssir deroga mid-dispożizzjonijiet proċedurali dwar l-evalwazzjoni ambjentali altrimenti applikabbli għall-pjanijiet tal-iżvilupp u jipprovdi wkoll li ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet proċedurali li joriġina mill-fatt li l-muniċipalità evalwat b’mod żbaljat il-kundizzjoni kwalitattiva hija irrilevanti għall-validità legali ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ dan it-tip partikolari?


    (1)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).


    Top