Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0148

    Kawża C-148/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Beroep te Brussel — il-Belġju) — DHL International NV, li kienet Express Line NV vs Belgisch Instituut voor Postdiensten en Telecommunicatie (Servizzi postali — Proċeduri esterni għat-trattament ta’ lmenti mressqa mill- utenti — Direttiva 97/67/KE — Artikolu 19 — Kamp ta’ applikazzjoni — Natura addizzjonali tal-mezzi ta’ rikors possibbli taħt id-dritt nazzjonali u d-dritt tal Unjoni — Marġni ta’ manuvra tal-Istati Membri — Limiti — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment)

    ĠU C 355, 3.12.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Beroep te Brussel — il-Belġju) — DHL International NV, li kienet Express Line NV vs Belgisch Instituut voor Postdiensten en Telecommunicatie

    (Kawża C-148/10) (1)

    (Servizzi postali - Proċeduri esterni għat-trattament ta’ lmenti mressqa mill- utenti - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 19 - Kamp ta’ applikazzjoni - Natura addizzjonali tal-mezzi ta’ rikors possibbli taħt id-dritt nazzjonali u d-dritt tal Unjoni - Marġni ta’ manuvra tal-Istati Membri - Limiti - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment)

    (2011/C 355/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Beroep te Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: DHL International NV, li kienet Express Line NV

    Konvenuta: Belgisch Instituut voor Postdiensten en Telecommunicatie

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71), kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 316) u 2008/6/KE (ĠU L 52, p. 3) — Proċeduri għall-ipproċessar ta’ lmenti tal-utenti ta’ servizzi postali — Sistema ta’ pproċessar esterna

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, fil-verżjoni inizjali tagħha kif ukoll kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, u 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 20 ta’ Frar 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li trendi obbligatorju għall-fornituri ta’ servizzi postali li ma jaqgħux taħt is servizz universali proċedura esterna ta’ trattament tal-ilmenti tal-utenti ta’ dawn is-servizzi.

    (2)

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li trendi obbligatorja għall-fornituri li ma jaqgħux taħt is-servizz universali proċedura esterna ta’ trattament tal-ilmenti tal-utenti ta’ dawn is-servizzi.


    (1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


    Top