EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0083

Kawża C-83/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil n °1 de Pontevedra — Spanja) — Aurora Sousa Rodríguez, Yago López Sousa, Rodrigo Puga Lueiro, Luis Rodríguez González, María del Mar Pato Barreiro, Manuel López Alonso, Yaiza Pato Rodríguez vs Air France (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 2(l) — Kumpens għall-passiġġieri f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira — Kunċett ta’ “kanċellazzjoni” — Artikolu 12 — Kunċett ta’ “kumpens ulterjuri” — Kumpens taħt id-dritt nazzjonali)

ĠU C 355, 3.12.2011, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Pontevedra — Spanja) — Aurora Sousa Rodríguez, Yago López Sousa, Rodrigo Puga Lueiro, Luis Rodríguez González, María del Mar Pato Barreiro, Manuel López Alonso, Yaiza Pato Rodríguez vs Air France

(Kawża C-83/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(l) - Kumpens għall-passiġġieri f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Kunċett ta’ “kanċellazzjoni” - Artikolu 12 - Kunċett ta’ “kumpens ulterjuri” - Kumpens taħt id-dritt nazzjonali)

(2011/C 355/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Pontevedra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aurora Sousa Rodríguez, Yago López Sousa, Rodrigo Puga Lueiro, Luis Rodríguez González, María del Mar Pato Barreiro, Manuel López Alonso, Yaiza Pato Rodríguez

Konvenuta: Air France

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil no 1 de Pontevedra — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(l), 8, 9 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Kunċett ta’ “kanċellazzjoni ta’ titjira” — Ħsarat tekniċi — Kunċett ta’ “kumpens ulterjuri” — Dritt għal kumpens skont id-dritt nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “kanċellazzjoni” kif iddefinit fl-Artikolu 2(l) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tirrigwardax esklużivament il-każ tan-nuqqas ta’ kull tluq tal-ajruplan ikkonċernat, iżda tkopri wkoll il-każ fejn l-ajruplan telaq, iżda għal raġuni liema tkun, kellu iktar tard jirritorna lejn l-ajruport tat-tluq u minnfejn il-passiġġieri ta’ dan l-ajruplan ġew ittrasferiti għal fuq titjiriet oħra.

(2)

Il-kunċett ta’ “kumpens ulterjuri” imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali li tagħti kumpens, taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-Konvenzjoni jew mil-liġi nazzjonali, għall-ħsara, inkluża dik morali, li tirriżulta minn ksur tal-kuntratt tat-trasport bl-ajru. Barra minn hekk, dan il-kunċett ta’ “kumpens ulterjuri” ma jistax iservi bħala bażi legali għall-qorti nazzjonali sabiex tikkundanna lit-trasportatur bl-ajru jirrimborsa lura lill-passiġġieri meta t-titjiriet ikunu mdewma jew ikkanċellati, l-ispejjeż li kellhom iġarrbu minħabba li dan it-trasportatur naqas mill-obbligi tiegħu li jipprovdi għajnuna u li jieħu ħsiebhom kif previst fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


Top