EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0454

Kawża C-454/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 13 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur New Interline SpA — Irkupru)

ĠU C 355, 3.12.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-454/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur New Interline SpA - Irkupru)

(2011/C 355/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieir, aġent, P. Gentili u B. Tidore, avvocati dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarjij kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1321)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE kif ukoll l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


Top