Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1110(05)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill- 1 ta’ Jannar 2010 sal- 31 ta’ Marzu 2010 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Komunità għall-prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal

ĠU C 268, 10.11.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/23


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Marzu 2010 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Komunità għall-prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal

2009/C 268/09

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2009 huma, għall-kwoti 09.4038, 09.4170 u 09.4204, aktar baxxi mill-kwantitajiet disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, ġew miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2010, u jidhru fl-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

Nru tal-ordni tal-kwota

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Marzu 2010

(f'kg)

09.4038

8 309 530

09.4170

2 256 000

09.4204

2 312 000


Top