This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0113
Rights-based management tools in fisheries #European Parliament resolution of 10 April 2008 on rights-based management tools in fisheries (2007/2111(INI))
L-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' April 2008 dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (2007/2111(INI))
L-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' April 2008 dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (2007/2111(INI))
ĠU C 247E, 15.10.2009, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/1 |
Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
L-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd
P6_TA(2008)0113
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (2007/2111(INI))
2009/C 247 E/01
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-Politika Komuni għas-Sajd (“Pjan Direzzjonali”), (COM(2002)0181),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (COM(2007)0073),
wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0060/2008),
A. |
billi fil-Green Paper tagħha dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (CFP) il-Kummissjoni tesprimi l-opinjoni li mekkaniżmi ta' ġestjoni alternattivi jista' jkollhom irwol kumplementari sinjifikanti fil-ġestjoni tal-industrija tas-sajd tal-Komunità, |
B. |
billi l-Kummissjoni bdiet dibattitu dwar il-Ġestjoni Bbażata fuq id-Drittijiet (RBM) fis-sajd, |
C. |
billi numru ta' partijiet interessati diġà ressqu l-kontribut tagħhom għad-dibattitu, |
D. |
billi diġà kienu saru numru ta' studji dwar l-RBM, iżda l-ebda wieħed minnhom ma kopra l-Istati Membri kostali kollha tal-UE, |
E. |
billi, madankollu, numru ta' studji kkunsidraw it-tħaddim u l-effetti ta' sistemi, kemm fl-UE u kemm barra minnha, li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet tas-sajd għal valur ekonomiku; |
F. |
billi l-Kummissjoni issa ħarġet sejħa għall-offerti għal studju, |
G. |
billi l-Kummissjoni qalet li fil-mument m'għandhiex pjani biex tibdel is-sistemi ta' mmaniġġjar eżistenti iżda stqarret, bl-istess mod, il-ħsieb tagħha li tintroduċi bidliet fit-tħaddim tas-CFP u għalhekk qiegħda tfittex alternattivi vijabbli, |
H. |
billi s-sistemi attwali ta' ġestjoni tas-sajd fl-Unjoni Ewropea, b'mod speċifiku is-sistema tat-TACs u l-kwoti, ma jipprovdux risposta għall-problemi tas-settur, u huwa meħtieġ u fundamentali li jsir dibattitu b'firxa wiesgħa dwar din il-kwistjoni, filwaqt li jiġu evlawati l-aspetti pożittivi u negattivi tal-adozzjoni possibbli ta' sistemi ta' ġestjoni ġodda, |
I. |
billi, għaldaqstant, huwa importanti li jitqiesu modi kif jista' jsir titjib fit-tħaddim tas-CFP, b'mod partikulari permezz tal-politika ta' ġestjoni tas-sajd, li n-nuqqasijiet attwali tagħha huma evidenti, |
J. |
billi kwalunkwe bidla li ssir m'hix se ġġib titjib sakemm ma jkunx żgurat li r-riżorsi jkunu sfruttati b'mod li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli, |
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni fetħet dibattitu dwar RBM fis-sajd, b'antiċipazzjoni għall-modifika neċessarja tal-politika ta' ġestjoni eżistenti; |
2. |
Iqis li r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma riżors pubbliku komuni; |
3. |
Jemmen li d-drittijiet involuti m'għandhomx jiġu interpretati bħala drittijiet ta' proprjetà iżda bħala forma ta' użufrutt jew bħala dritt għall-ħsad li jkun soġġett, skond kif ikun jixraq, għal limitazzjonijiet adegwati; |
4. |
Jirrikonoxxi wkoll, madankollu, li hemm sistemi identifikabbli b'mod separat ta' RBM li huma bbażati fuq fehimiet differenti:
|
5. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet sejħa għall-offerti biex ikun jista' jsir studju komplut tad-diversi sistemi ta' ġestjoni; |
6. |
Iqis li l-perjodu li ġie ffissat għad-dibattitu huwa qasir wisq, u jitlob li dan jiġi estiż sabiex jiżgura li d-diversi possibilitajiet disponibbli jkunu esplorati u studjati kif jixraq, flimkien mal-konsegwenzi tagħhom; |
7. |
Jirrikonoxxi, madankollu, anke fl-istadju ta' qabel studju bħal dan, li huwa evidenti li hemm varjetà wiesgħa ta' sistemi bħal dawn fis-seħħ, u li l-biċċa l-kbira tagħhom, jekk mhux kollha kemm huma, iħaddmu xi forma ta' RBM, anke jekk din tittieħed fl-iżjed sens wiesa' possibbli; jagħraf wkoll li esperimenti ta' ġestjoni permezz tad-drittijiet tas-sajd fl-Istati Membri li wettqu dawn it-tip ta' sistemi kellhom konsegwenzi pożittivi ħafna f'ħafna lati, pereżempju mil-lat ta' tnaqqis tal-kapaċità; |
8. |
Iqis li b'mod simili huwa evidenti wkoll li fuq il-livell Komunitarju u mill-inqas fi ħdan xi Stati Membri, il-forom ta' RMB imħaddma huma mħalltin, kemm f'termini tal-allokazzjoni u t-trasferibilità/negozjabilità tad-drittijiet u kemm f'termini tal-mod ta' kif inhu ddefinit l-ambitu tagħhom; |
9. |
Jinnota l-grad ta' kumplessità involut u d-diffikultajiet li dan jippreżenta fiċ-ċaqliq lejn sistema unika, immaterjalment minn jekk dan jinkisibx permezz tal-armonizzazzjoni tal-prattiki tal-Istati Membri jew permezz tal-amministrazzjoni tiegħu fuq livell Komunitarju; |
10. |
Madankollu huwa tal-fehma li, kif muri mill-fatt li l-RBM fis-sajd ġiet introdotta f'ħafna mill-pajjiżi u mir-reġjuni li għandhom l-aktar interessi tas-sajd sinjifikanti fid-dinja, dawn id-diffikultajiet jistgħu jiġu megħluba u, minħabba li s-sistema taf tkun pożittiva ħafna għall-ġestjoni ta' ċerti flotot Komunitarji, tal-inqas għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-possibilità li din tiġi inkluża fic-CFP; |
11. |
Iqis li jeħtieġ li jkunu determinati l-effetti li l-bidliet — b'mod partikulari l-introduzzjoni ta' kwoti individwali trasferibbli mal-Komunità kollha u aċċess ieħor ibbażat fuq id-drittijiet — jista' jkollhom fir-rigward ta':
|
12. |
Iqis li dawn il-kwistjonijiet iridu jiġu indirizzati qabel ma jsir xi pass lejn sistema unika, pereżempju, il-possibilità, kif intwera minn preċedenti eżistenti, li jitpoġġa limitu fuq l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tas-sajd; |
13. |
Iqis li għandha titpoġġa enfasi fuq l-aspetti pożittivi tal-RBM fis-sajd, li fuqhom hemm qbil relattivament mifrux dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
14. |
Jistaqsi wkoll dwar jekk fi kwalunkwe każ sistema unika ta' RBM tkunx adegwata għal tipi differenti ta' sajd; |
15. |
F'dan il-kuntest tiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet differenti ta' sajd għal speċi waħda u ta' sajd għal bosta speċijiet; u għas-sitwazzjoni speċjali tal-flottot artiġjanali; |
16. |
Iqis, fir-rigward tal-flottot artiġjanali, li għandha ssir dispożizzjoni separata għalihom, jew bl-użu ta' kriterji konnessi mad-distanza ġeografika mix-xatt jew billi titwarrab parti mill-kwota għalihom; |
17. |
Jilqa', għalhekk, il-fatt li l-Kummissjoni fil-mument m'għandhiex ħsieb tintervjeni fis-sistemi ta' ġestjoni kurrenti; |
18. |
Iqis, madankollu, li trid tingħata iżjed kunsiderazzjoni lill-vantaġġi u lill-iżvantaġġi ta' sistemi ta' RBM differenti; |
19. |
Iqis li jeħtieġ li jkun evitat tagħwiġ ekonomiku fl-industrija tas-sajd, bi ħsara għas-sidien ta' bastimenti żgħar, b'mod partikulari dawk li jirrappreżentaw il-flottot artiġjanali; |
20. |
Jirrikonoxxi li sistemi bħal dawn jistgħu jippromwovu l-effiċjenza ekonomika, dejjem jekk jitfasslu kif suppost; isemmi li din l-effiċjenza hija waħda mill-objettivi ta' kwalunkwe politika ekonomika u huwa fl-interess tas-CFP li tiżgura industrija tas-sajd li tħalli l-qligħ li tkun inqas u inqas dipendenti fuq il-fondi pubbliċi; |
21. |
Iqis li, minħabba li s-sajd huwa politika komuni, għandhom jiġu adottati mekkaniżmi ta' ġestjoni tad-drittijiet tas-sajd fil-livell Komunitarju, liema mekkaniżmi jagħmluha possibbli li titjieb il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd; |
22. |
Jemmen li l-effiċjenza ekonomika hija ta' valur biss sakemm tippromwovi l-objettivi tas-CFP; |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kwalunkwe studju li tibda tagħmel dwar l-RBM ikun immexxi biex:
|
24. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippermetti perjodu itwal ta' dibattitu dwar din il-kwistjoni; |
25. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsilli Kunsultattivi Reġjonali u lill-Kumitat Kunsultattiv għas-Sajd u l-Akwakultura. |
(1) ĠUL 358, 31.12.2002, p. 59. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).