EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0282

Kawża T-282/09: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Lulju 2009 — Fédération Internationale des Logis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru ta’ lewn aħdar)

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — Fédération Internationale des Logis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru ta’ lewn aħdar)

(Kawża T-282/09)

2009/C 220/84

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale des Logis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: B. Brisset, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fit-22 ta’ April 2009 fil-Każ R 1511/2008-1 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kwadru ta’ lewn aħdar għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 — Applikazzjoni Nru 6 468 789

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li r-rappreżentazzjoni ta’ kwadru bil-ġnub konvessi ta’ lewn aħdar partikolari u speċifiku hija distintiva fir-rigward tal-prodotti u servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, sa fejn dawn l-elementi jagħtu lit-trade mark dehra partikolari għal dawn il-prodotti u servizzi.


Top